Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Content Area:
Mistoqsijiet li jsiru ta spiss dwar il-kampanja ta l-UE Għad-Diversit. Kontra d-Diskriminazzjoni.
- Min hu responsabbli mill-kampanja Għad-Diversit. Kontra d-Diskriminazzjoni.
- Xinhuma l-objettivi tal-kampanja
- Xinhu l-isfond politiku tal-kampanja
- Il-kampanja qed issir fl-Istati Membri ta l-UE kollha
- Kampanja waħda għal 25 pajjiż tista taħdem
- Min hu mdaħħal fl-ippjanar tal-kampanja
- Jien smajt bdawn il-gruppi ta azzjoni nazzjonali. Xinhu xogħolhom eżattament
- Kif il-Kummissjoni Ewropea tkun taf liema xorta ta attivitajiet huma meħtieġa fil-pajjiżi differenti
- F’ħafna minn dawn il-pajjiżi diġà għaddejjin attivitajiet ta’ informazzjoni simili? Kif il-kampanja tevita xogħol doppju?
- Il-kampanja tkopri l-ħames oqsma kollha ta diskriminazzjoni koperti mil-liġijiet ta l-UE. Ma kienx ikun aħjar kieku jkun hemm miżuri separati għal kull qasam
- Għaliex il-kampanja ma tindirizzax l-ugwaljanza tas-sessi
- Jien rajt kartelluni tal-kampanja li juru pupi użati fi provi ta kraxx. Dawn xifissru
- L-organizzazzjoni tiegħi tista tingħaqad mal-kampanja
- Hemm maħsubin miżuri li jkopru l-UE kollha
- Kemm tiġi tiswa bkollox din il-kampanja kontra d-diskriminazzjoni, u kif qed jintefqu l-flus
- Jien nixtieq insir naf aktar fuq il-Programm ta Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Minn fejn nista nakkwista aktar informazzjoni
Min hu responsabbli mill-kampanja Għad-Diversit. Kontra d-Diskriminazzjoni.
Il-kampanja tnidiet mid-DÄ Impjiegi u Affarijiet SoÄ‹jali tal-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-politika kontra d-diskriminazzjoni u l-Programm ta Azzjoni Komunitarja biex jiġġieled lid-diskriminazzjoni. Iżda medda wiesgħa ta organizzazzjonijiet nazzjonali u wkoll flivell ta l-UE, fosthom assoÄ‹jazzjonijiet ta min iħaddem, sindakati u NGOs, huma involuti attivament fil-kampanja. Il-parti l-kbira ħafna ta l-attivitajiet li qed isiru fil-kampanja qed ikunu organizzati mhux Ä‹entralment fi Brussell iżda xaktarx flivell nazzjonali u lokali fkull Stat Membru ta l-UE.
Xinhuma l-objettivi tal-kampanja
L-iskop tal-kampanja hu li tinforma lin-nies dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-leġislazzjoni l-ġdida ma l-UE kollha fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, et, diżabilit u orjentament sesswali. Fl-istess ħin il-kampanja għandha l-għan li tqajjem għarfien aktar mifrux fuq kwistjonijiet ta diskriminazzjoni u l-benefiċċji tad-diversit.
Xinhu l-isfond politiku tal-kampanja
Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-kampanja ta’ informazzjoni hu li jqajjem għarfien fuq żewġ liġijiet ġodda ta’ l-UE (Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) li jipprojbixxu diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, età , diżabilità u orjentament sesswali. L-Istati Membri ta’ l-UE kollha huma mitluba jintegraw dawn id-direttivi fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Int tista’ ssib aktar dwar il-liġijiet il-ġodda hawn.
Il-kampanja qed issir fl-Istati Membri ta l-UE kollha
Iva. Meta l-kampanja tnidiet fÄ unju 2003 kienu inklużi l-15il Stat Membru ta dik il-ħabta. Iżda mill-1 ta Mejju 2004 l hawn, bit-tkabbir ta l-Unjoni Ewropea, il-kampanja qed tkun implimentata fil-25 Stat Membru ta l-UE kollha.
Kampanja waħda għal 25 pajjiż tista taħdem
Iva, sakemm il-kampanja tħalli spazju wiesa biex il-messaġġi, prijoritajiet u attivitajiet ikunu addattati għas-sitwazzjonijiet u ħtiÄ¡iet nazzjonali. Għal din ir-raÄ¡uni, fl-implimentazzjoni tal-kampanja aħna nagħmlu distinzjoni bejn il-kampanja li tkopri l-UE kollha u l-kampanji nazzjonali individwali. Madwar kwart ta l-attivitajiet huma komuni għall-25 Stat Membru kollha, ngħidu aħna l-Premju lill-Ä urnalisti madwar l-UE kollha , waqt li bqija huma inizjattivi nazzjonali u lokali.
Min hu mdaħħal fl-ippjanar tal-kampanja
L-organizzazzjonijiet imdaħħlin fl-iżvilupp tal-kampanja f’livell nazzjonali jinkludu l-imsieħba soċjali (min iħaddem/impjegati), organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirrappreżentaw l-interessi ta’ gruppi ta’ nies protetti mid-direttivi kontra d-diskriminazzjoni, u wkoll ministeri nazzjonali inkarigati mill-integrazzjoni tar-regoli ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni mal-liġijiet nazzjonali. Fil-livell ta’ l-UE, għadd ta’ NGOs f’livell ta’ l-UE, organizzazzjonijiet ta’ msieħba soċjali u ministeri nazzjonali jiltaqgħu f’hekk imsejjaħ Grupp Konsultattiv li jgħin imexxi l-kampanja f’livell Ewropew. L-aġenzija Ewropea għar-relazzjonijiet pubbliċi u n-netwerk ta’ l-aġenzija tar-riklamar MEDIA CONSULTA kienu awtorizzati jimplimentaw il-kampanja ta’ informazzjoni wara sejħa mitfuħa għall-offerti. MEDIA CONSULTA tuża r-riżorsi ta’ netwerk ta’ aġenziji b’esperjenza ppruvata fl-oqsma tal-benesseri soċjali u impjiegi fil-25 Stat Membru ta’ l-UE kollha li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-kampanji nazzjonali.
Jien smajt bdawn il-gruppi ta azzjoni nazzjonali. Xinhu xogħolhom eżattament
Fil-gruppi ta’ azzjoni nazzjonali, dawk li jissejjħu partijiet interessati nazzjonali, jiġifieri rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali (min iħaddem u impjegati), organizzazzjonijiet mhux governattivi u ministeri nazzjonali jiltaqgħu biex jiddiskutu strateġiji, gruppi li jeħtieġ jintlaħqu, skedi ta’ żmien, u attivitajiet għall-Istat Membru partikolari. Kull grupp ifassal, sena sena, “pjan ta’ azzjoni nazzjonali†li jiddeskrivi l-attivitajiet ippjanati f’kull pajjiż. Hekk il-gruppi ta’ azzjoni nazzjonali jgħinu t-tmexxija tal-kampanja f’livell nazzjonali. B’kollox, ’il fuq minn 500 organizzazzjoni jiltaqgħu fi gruppi ta’ din ix-xorta ma’ l-Unjoni kollha.
Kif il-Kummissjoni Ewropea tkun taf liema xorta ta attivitajiet huma meħtieġa fil-pajjiżi differenti
Fil-fatt il-Kummissjoni ma tistax tkun taf. Hu għalhekk li hu ta’ importanza kruċjali li din il-kampanja tkun ippjanata u implimentata f’livell nazzjonali u lokali bis-saħħa ta’ gruppi ta’ azzjoni nazzjonali. Għal kull pajjiż inħatar “korrispondent nazzjonali†li għandu l-esperjenza li jmexxi kampanji ta’ informazzjoni pubblika. Hu jew hi jgħinu jiggwidaw il-gruppi ta’ azzjoni nazzjonali fid-diskussjnoijiet tagħhom.
F’ħafna minn dawn il-pajjiżi diġà għaddejjin attivitajiet ta’ informazzjoni simili? Kif il-kampanja tevita xogħol doppju?
Biex ma jsirx xogħol doppju u tikber l-effiċjenza, il-kampanja tintrabat ma’ miżuri diġà eżistenti li joħolqu għarfien nazzjonali. Organizzazzjonijiet involuti fil-kampanja jiżguraw kuntatt kostanti ma’ organizzazzjonijiet ta’ kampanji u attivitajiet oħra. Spiss isiru attivitajiet flimkien.
Il-kampanja tkopri l-ħames oqsma kollha ta diskriminazzjoni koperti mil-liġijiet ta l-UE. Ma kienx ikun aħjar kieku jkun hemm miżuri separati għal kull qasam
Naturalment huwa vitali li jkun hemm miżuri li joħolqu għarfien iffokati fuq oqsma individwali ta’ diskriminazzjoni. Madankollu, ċertament hemm ħafna vantaġġi li wieħed ikopri l-oqsma kollha flimkien. Diskriminazzjoni, hu x’inhu l-qasam, tieħu mudelli, forom u karatteristiċi jixtiebhu. Atteġġjament integrat jenfasizza wkoll il-punt li d-diskriminazzjoni tolqot lilna lkoll fis-soċjetà u mhux biss ċerti gruppi.
Għaliex il-kampanja ma tindirizzax l-ugwaljanza tas-sessi
Il-kampanja hija bbażata fuq l-ugwaljanza tar-razez u d-direttivi li jsawwru qafas dwar l-impjiegi (Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE). Iż-żewġ direttivi jiffukaw fuq diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, età , diżabilità u orjentament sesswali. Diskriminazzjoni sesswali m’hix indirizzata f’dawn id-direttivi imma hija koperta minn liġijiet ta’ l-UE oħrajn li saru qabel din il-leġislazzjoni ġdida. Bla dubju, kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza tas-sessi jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-kampanja, u f’ħafna pajjiżi rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu għall-ugwaljanza tas-sessi huma mdaħħlin fil-kampanji.
Jien rajt kartelluni tal-kampanja li juru pupi użati fi provi ta kraxx. Dawn xifissru
Il-pupi użati fi provi ta’ kraxx jissimboleġġjaw dinja bla individwalità u bla differenzi. Dan l-atteġġjament għandu l-għan li jenfasizza b’mod li jolqot l-għajn x’jiġri kieku d-diskriminazzjoni titwassal għall-estremitajiet aħħarin tagħha.
L-organizzazzjoni tiegħi tista tingħaqad mal-kampanja
Iva, il-kampanja hija mfassla biex tagħti ċans għal kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet nazzjonali u lokali. Ngħidu aħna, il-kampanja tgħaddi bi pjaċir materjal informattiv biex jitqassam f’konferenzi u okkażjonijiet oħra. Int tista’ tikkuntattja direttament lill-organizzaturi tal-kampanja għal aktar informazzjoni fuq stop-discrimination@media-consulta.com.
Hemm maħsubin miżuri li jkopru l-UE kollha
Iva, hemm ħafna attivitajiet għaddejjin ma’ l-Unjoni Ewropea kollha. Ngħidu aħna, il-kampanja kollha fuq il-websajt qed tkun koordinata f’livell ta’ l-UE waqt li fl-istess ħin tipprovdi informazzjoni speċifika għal kull pajjiż. Bl-istess mod, ċerti attivitajiet, bħall-Premju lill-Ġurnalisti, qed isiru fil-25 pajjiż ta’ l-UE kollha. B’mod ġenerali, madwar kwart mill-attivitajiet qed isiru fil-qafas tal-kampanja li tiġbor l-UE taħt umbrella waħda, filwaqt li l-bqija ta’ l-attivitajiet huma ppjanati u implimentati f’livell nazzjonali b’konsultazzjoni mill-qrib mal-gruppi ta’ azzjoni nazzjonali.
Kemm tiġi tiswa bkollox din il-kampanja kontra d-diskriminazzjoni, u kif qed jintefqu l-flus
Il-kampanja ta’ informazzjoni qed tkun iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea b’baġit annwali ta’ xi €4 miljun. Hija parti minn “Programm ta’ Azzjoni Komunitarja†mifrux fuq 6 snin u li jqum €100 miljun biex jiġġieled lid-diskriminazzjoni u biex jappoġġja attivitajiet li jikkumbattu lid-diskriminazzjoni u l-kawżi li jikkaġunawha. Kemm il-kampanja u kemm il-Programm ta’ Azzjoni huma sorveljati minn “Kumitat tal-Programm†magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali.
Jien nixtieq insir naf aktar fuq il-Programm ta Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Minn fejn nista nakkwista aktar informazzjoni
Informazzjoni dettaljata fuq il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja jinsab fuq is-sit ta’ l-internet http://europa.eu.int/comm/employment_social/index_en.html.



