Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Content Area:
Dwar il-kampanja
Bħala parti mill-Programm ta’ Azzjoni biex tikkombatti d-Diskriminazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi kampanja ta’ ħames snin madwar l-Ewropa biex tikkombatti d-diskriminazzjoni li sseħħ minħabba l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew twemmin, l-età , id-diżabbiltà u l-orjentament sesswali. Bis-slogan "Ngħożżu d-diversità. Diskriminazzjoni qatt.", l-ewwel sena tal-kampanja se tkun immirata fuq il-promozzjoni tad-diversità fuq il-post tax-xogħol. Il-kampanja tnediet fis-16 ta’ Ġunju 2003, meta l-Kummissarju ta’ l-UE għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, Anna Diamantopoulou, ippreżentat il-kampanja lill-istampa internazzjonali fi Brussel. Il-kampanja qed tkun żviluppata b’ħidma mill-qrib mal-gvernijiet ta’ l-UE, it-trejdjunjonijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ min jimpjega u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.
“IR-RISPETT”

B’xebh mal-motif ta’ taħbil il-moħħ, li kien użat matul il-kampanja kollha, l-aħħar immaġini viżiva ġabet lura l-idea kreattiva li kienet użata oriġinarjament. Uriet nies ta’ trobbija differenti f’ambjent ta’ xogħol, imlaqqgħin biex jiffurmaw mużajk madwar il-kelma “rispett.” L-ittri differenti huma rranġati b’mod spirituż bl-użu ta’ karattri u lwien varjati u, biex ikun żgurat li kienet tappella u timmira lejn udjenza iżgħar, il-grupp jinkludi ż-żgħażagħ. L-immaġini viżiva ġdida ntgħażlet bħala riżultat ta’ sensiela ta’ gruppi ffukati, li għamluha ċara li r-“RISPETT” reċiproku huwa l-valur komuni li ż-żgħażagħ madwar l-Ewropa jassoċjaw mal-kunċett tad-diversità.
Fl-2006 u fl-2007, l-immaġini viżiva daret madwar l-Unjoni Ewropea fuq it-Trakk enormi ta’ l-UE għall-Informazzjoni. Fl-istess ħin, il-mużajk żejjen il-websajt tal-kampanja u wkoll il-powsters A1 imqassmin ma’ l-UE kollha. L-immaġini viżiva ġibdet ukoll l-attenzjoni tan-nies fil-kwartieri ġenerali ta’ l-UE fi Brussell, fejn twaħħlet fuq il-bini tal-KE u fl-ajruport ta’ Brussell fejn intweriet b’mod impressjonanti tul ix-xahar kollu ta’ April 2006 fuq żewġ kaxxi ħfief fil-passaġġ wesgħin 15-il metru u għoljin 1.7m. Kienet ukoll fuq seba’ bandieri enormi mdendlin mis-saqaf fis-swali tat-tluq u tal-wasla fl-ajruport.
L-immaġini viżiva kellha impatt sewwa madwar l-Ewropa kollha u ntużat f’kampanji nazzjonali tar-riklamar fil-Ġermanja, fejn dawlet l-istazzjonijiet tal-ferrovija. Intużat ukoll f’Riga, il-belt kapitali tal-Latvja, fejn twaħħlet fuq bord mobbli kbir.
Ir-riklamar kollu għall-kampanja kien iddisinjat biex jenfasizza l-fatt li d-diskriminazzjoni tikkonċerna lil kulħadd u l-enfasi saret l-aktar fuq il-benefiċċji pożittivi li jiġu mid-diversità fuq il-post tax-xogħol.
Komunikazzjoni
Il-kampanja bi ħsiebha tgħaddi messaġġ pożittiv dwar id-diversità b’ħafna mezzi, bħat-TV u r-reklami stampati, website, seminarijiet, u avvenimenti għax-xandir. Fil-pajjiżi ta’ l-UE se jkun hemm fuljetti, tabelli u kartelluni li jagħtu tagħrif dwar ir-regoli l-ġodda ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni.
Xibka ta’ Komunikazzjoni
Id-diversità u d-djalogu m’humiex biss iż-żewġ messaġġi iżda wkoll il-prinċipji li jmexxu l-kampanja, li tinkludi miżuri Ewropej, nazzjonali, u reġjonali. Dawn il-miżuri huma żviluppati b’ħidma mill-qrib ma’ sħab f’kull Stat Membru ta’ l-UE. Is-slogan, il-logo u d-disinn kienu eżaminati u diskussi minn esperti fi focus groups f’bosta pajjiżi ta’ l-UE u riveduti fid-dawl ta’ dak li qalu. Il-miżuri nazzjonali u reġjonali, bħall-avvenimenti li jqajmu kuxjenza u attivitajiet għax-xandir, huma żviluppati f’timijiet nazzjonali, li huma magħmula minn rappreżentanti tal-gvern, u organizzazzjonijiet mhux governattivi, ta’ min jimpjega u tal-ħaddiema. Dan jiżgura li d-disinn u l-kontenut ikunu mnebbħa miċ-ċirkostanzi speċjali tal-pajjiż u li n-nies li huma involuti fl-iżvilupp tal-kampanja jirriflettu l-ħtiġijiet u l-veduti tal-gruppi li huma fil-mira tal-kampanja.
MEDIA CONSULTA hi responsabbli għat-twettiq tal-kampanja. Din l-aġenzija għandha xibka ta’ korrispondenti ta’ aġenziji ta’ l-aħbarijiet f’kull Stat Membru ta’ l-UE, u li kollha huma esperti fil-qasam ta’ l-affarijiet soċjali u l-impjieg.
X’hemm fil-ġejjieni?
Il-kampanja kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea se ddum għaddejja mill-2003 sa l-2006. Il-miżuri tat-tieni sena tal-kampanja jinkludu, per eżemplu, “Il-Ġirja għad-Diversità ”, Premju tal-Ġurnaliżmu, u truck tour ta’ l-informazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ l-UE, inkluż l-għaxar Stati Membri ġodda.





