Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Xi tfisser id-diskriminazzjoni?

- Materjal ta' Informazzjoni

- Proġett ta’ dejtabejż

- Għal dawk li jħaddmu

- Glossarju

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Content Area:
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Qatt ħassejt li l-età, id-diżabilità, l-etniċità, l-orjentament sesswali jew ir-reliġjon tiegħek kienu ta’ xkiel biex issib impjieg? Taf x’għandek tagħmel jekk sofrejt diskriminazzjoni? Tifhem x’inhi diskriminazzjoni? Tista’ organizzazzjoni li tiddiskrimina fil-fatt tkun qed taħdem tajjeb f’termini ta’ maniġment u operat ġenerali? X’jistgħu jagħmlu dawk li jħaddmu biex jegħlbu d-diskriminazzjoni u jippromwovu d-diversità? Min qed iqiegħed id-Diversità fuq l-aġenda?
Aqra t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, u ħafna oħrajn ukoll, fil-gwida fuq l-internet Stop-discrimination! Hawn issib definizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta u wkoll tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru spiss (frequently asked questions) dwar kwistjonijiet varji kontra d-diskriminazzjoni. Barra minn hekk, il-kaxxa ta’ l-għodda (toolbox) diġitali tagħna tagħtik għajnuna prattika fuq kif dawk li jħaddmu jistgħu jimplimentaw politiki ta’ diversità u jevitaw diskriminazzjoni fil-kumpaniji tagħhom. Hi tipprovdi wkoll gwida lil dawk li jistgħu jisfaw vittmi ta’ diskriminazzjoni.



