Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Content Area:
Drittijiet u obbligi ġodda skond il-leġiżlazzjoni Ewropea kontra d-diskriminazzjoni
“Din l-Unjoni hi mwaqqfa fuq il-prinċipji tal-libertà, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali… prinċipji li jħaddnuhom l-Istati Membri.” Artiklu 6(1) Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Il-Komunità ilha tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni. Tabilħaqq, meta twaqqfet waħda mill-missjonijiet l-aktar importanti tagħha kienet li tgħaqqad kontinent maqsum mill-konflitti nazzjonalisti u etniċi. Għal ħafna snin l-attenzjoni kienet mixħuta fuq il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u s-sess. Fis-sena 1997 l-attenzjoni twessgħet wara li l-Istati Membri qabblu li jagħmlu xi bidliet importanti lit-Trattat. Wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Amsterdam, il-Komunità ngħatat poteri ġodda biex tikkombatti d-diskriminazzjoni minħabba l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew t-twemmin, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentament sesswali, filwaqt li nfirex aktar il-poter li jintuża kontra d-diskriminazzjoni sesswali. Fis-sena 2000, il-Kunsill addotta unanimament żewġ Direttivi u l-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja.
Id-Direttiva ta’ l-Ugwaljanza Razzjali 2000/43/EC
Id-Direttiva ta’ l-Ugwaljanza fl-Impjieg 2000/78/EC





