Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Politika ta’ l-UE>Programm ta' Azzjoni


Content Area:

Programm ta’ Azzjoni Komunitarja Biex Jikkombatti d-Diskriminazzjoni 2001-2006

Biex id-diskriminazzjoni tinqatà, l-attitudnijiet u l-imġiba se jkollhom jinbidlu. Dan ingħaraf meta sar il-ftehim dwar id-direttivi. Għalhekk fl-istess waqt tnieda programm ta’ azzjoni bl-iskop li jwassal għal dawn ix-xortiet ta’ tibdiliet – billi jappoġġa attivitajiet li jikkombattu d-diskriminazzjoni u kull ma jikkaġunah, u li jqajmu kuxjenza dwar il-problema kif ukoll dwar dak li qed isir madwar l-Unjoni biex tkun indirizzata.

Il-programm ta azzjoni jibqa’ għaddej sa l-2006. Il-Programm iħallas għal studji li l-għan tagħhom hu li jgħinuna nifhmu d-diskriminazzjoni aħjar u li jivvalutaw kemm huma effettivi l-miżuri li jimbuttaw it-trattament indaqs. Għandu fondi għax-xbieki ta’ nies u organizzazzjonijiet minn madwar l-Unjoni li jridu jaqsmu l-informazzjoni bejniethom, speċjalment dwar il-prattika xierqa. Jgħin biex isiru attivitajiet li jqajmu l-kuxjenza tan-nies u jinformawhom dwar id-drittijiet u l-obbligi ġodda li għandhom, u li jiġġieldu kontra attitudnijiet u mġiba diskriminatorji.