Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Politika ta’ l-UE>Programm ta' Azzjoni>Kampanji ta' Informazzjoni


Content Area:

Kampanji ta’ informazzjoni

Għan ewlieni tal-programm ta’ azzjoni hu li jqajjem kuxjenza dwar l-importanza li d-diskriminazzjoni niġġieldulha u dwar il-mezzi li għandhom il-vittmi biex jipproteġu ruħhom kontra trattament inġust u kif ifittxu li ssirilhom riparazzjoni. L-Unjoni Ewropea tagħti l-għajnuna lill-gvernijiet nazzjonali sabiex isiru kampanji pubbliċitarji u avvenimenti li jxandru kemm x’tip ta’ passi qed jittieħdu sabiex tinqata’ d-diskriminazzjoni kif ukoll x’attivitajiet qed iseħħu bħala parti mill-programm.

Għan ewlieni tal-kampanji hu li jagħti tagħrif dwar l-istrateġija kontra d-diskriminazzjoni u dwar it-tipi varji ta’ azzjoni li qed jittieħdu; dan it-tagħrif jingħata lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lin-nies li huma vulnerabbli għad-diskriminazzjoni, lil min jimpjega u t-trejdjunjonijiet. Il-kampanji ta’ din is-sena huma mmirati fuq l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol. Fil-ġejjieni, wara li l-gvernijiet ta’ l-UE jkunu daħħlu l-leġiżlazzjoni li taqbel maż-żewġ direttivi dwar l-ugwaljanza, il-kampanji jibdew jagħtu tagħrif dwar aspetti oħra ta’ l-ugwaljanza wkoll.