Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Politika ta’ l-UE>Drittijiet ta' l-UE


Content Area:

Poteri ġodda għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

Ħamsin sena ilu, wieħed mill-għanijiet li kien qed imexxi l-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea kien li jingħelbu l-konflitti nazzjonalisti u etniċi li kienu qasmu lill-Ewropa. Illum, l-għanijiet ewlenin huma li ma jħallux li xi nies ikunu vittmi tad-diskriminazzjoni minħabba l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbilta , l-eta jew l-orjentament sesswali.

Dan hu għala l-Kummissjoni Ewropea nediet kampanja bis-slogan "Ngħożżu d-diversita . Diskriminazzjoni qatt." – biex tqajjem kuxjenza dwar id-diskriminazzjoni u biex tagħti tagħrif dwar ir-regoli l-ġodda ta’ l-UE li għandhom jikkombattu kontra d-diskriminazzjoni u li għandhom jidħlu fis-seħħ fis-sena 2003.