Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Politika ta’ l-UE>Drittijiet ta' l-UE>Għajnuna raġonevoli


Content Area:

Għajnuna raġonevoli

Filwaqt li l-azzjoni pożittiva biex tikkompensa għall-iżvantaġġi ta’ xi gruppi partikolari hi għażla, l-għajnuna lin-nies b’diżabbiltà hi parti obbligatorja tad-direttiva dwar l-ugwaljanza fl-impjieg. Ir-raġuni hi l-istess bħal dik ta’ l-argument dwar l-azzjoni pożittiva, iżda aktar qawwija. Mingħajr ebda miżuri li jaħsbu fil-ħtiġijiet tagħhom, in-nies b’diżabbiltà jistgħu jkunu tant żvantaġġati li ma jkunu jistgħu jaħdmu xejn. Id-direttiva, għalhekk, tobbliga lil kull min jimpjega madwar l-UE li jieħdu kull pass li hu “raġonevoli” biex jgħinu lin-nies b’diżabbiltà biex jaħdmu, jimxu ’l quddiem fil-karriera u jipparteċipaw fit-taħriġ, basta dan ma jiġix jiswa wisq fi flus u f’affarijiet oħra.