Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Drittijiet ta' l-UE

- L-isfond tad-direttivi
- Il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies
- Korpi ta' l-ugwaljanza
- Azzjoni Pożittiva
- Għajnuna raġonevoli
- Tagħrif u Djalogu

- Programmi ta' l-UE

- Links

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Politika ta’ l-UE
Drittijiet ta' l-UE
Il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies
Content Area:
Id-difiża tad-drittijiet u d-dritt għar-riparazzjoni
Id-direttivi jagħmluha ċara li kulmin hu vittma tad-diskriminazzjoni, jew li jikkonsidra li ma kienx trattat b'mod xieraq minħabba l-karatteristiċi personali tiegħu, għandu jkollu mezzi adegwati� ta protezzjoni legali u dritt effettiv għar-riparazzjoni (i.e. għandu jkun jista jara li tissewwa l-ħsara li saritlu). Hu l-gvern ta kull pajjiż li jiddeċiedi jekk dan iseħħx permezz ta� proċeduri ġuridiċi i.e. fis-sistema tal-ġustizzja kriminali jew ċivili jew permezz ta arranġamenti amministrattivi, bħal tribunali. Il-gvernijiet jistgħu wkoll jagħżlu li jħeġġu l-konċiljazzjoni u jwaqqfu sistema li tagħlaq każijiet ta trattament inġust b'mod voluntarju, bid-djalogu minflok ma tinqabad ir-rotta legali.

Id-direttivi jobbligaw lill-gvernijiet li jaraw li n-nies li jilmentaw bi trattament inġust ikollhom id-dritt ta l-appoġġ tat-trejdjunjon tagħhom jew ta assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet speċjalisti, u li jkunu rappreżentati minnhom. Fl-istess waqt, iridu jaraw li huma s-sanzjonijiet li għandhom ikunu applikati meta jkun sar att ta diskriminazzjoni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fi kliem ieħor, il-penalitajiet għad-diskriminazzjoni għandhom ikunu marbutin mal-ħsara li tkun saret u għandhom ikunu deterrent kontra mġiba ta dan it-tip.
Biex isaħħu l-protezzjoni aktar minn hekk, il-gvernijiet huma obbligati li jdaħħlu leġiżlazzjoni skond liema r-responsabbilt tal-provi fil-każijiet ċivili (i.e. fejn mhemmx akkużi kriminali) tinqasam bejn il-persuna li qed tgħid li kienet vittma tad-diskriminazzjoni u l-persuna li qed twieġeb għall-akkuża. Dan ifisser li tinqasam bejn it-tnejn ir-responsabbilta li l-każ ikun ipprovat jew imgiddeb. Il-persuna li tagħmel l-ilment l-ewwel trid turi li l-fatti huma konsistenti ma l-argument li seħħet xi diskriminazzjoni (i.e. irid ikun hemm, almenu ma l-ewwel daqqa tgħajn, xhieda li hekk ġara) u li hemm każ li xi ħadd irid iwieġeb għalih. Il-persuna akkużata b'diskriminazzjoni mbagħad trid turi li ma ġabitx ruħha b'mod inġust u li kien hemm raġuni leġittima għal dak li għamlet. Għalhekk, il-piż hu fuq l-akkużat li juri lill-qorti jew lit-tribunal li ma ġabx ruħu b'mod diskriminatorju. U l-persuna li qed tallega d-diskriminazzjoni mhux mistennija li tagħti xhieda konklużiva ta dan, peress li hi xi ħaġa li probabbilment li mhux se tkun fqagħda li tagħmlu.
Barra minn dan, il-gvernijiet huma obbligati li jiżguraw li n-nies li jilmentaw dwar id-diskriminazzjoni għandhom protezzjoni biżżejjed mill-vittimizzazzjoni jew it-tpattija, għaliex jekk ma jkunx hemm kontrolli dan jista jwaqqafhom milli jeżerċitaw id-dritt� għat-trattament indaqs. Dan jgħodd ukoll għal min jixhed fil-każijiet ta diskriminazzjoni: għandhom ikollhom l-istess protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni ħalli jkunu mħeġġa li jixhdu. Għalhekk, il-gvernijiet huma obbligati li jieħdu miżuri biex jiddisswadu lil dawk li huma akkużati b'diskriminazzjoni milli jġibu ruħhom b'dan il-mod. B�mod partikolari, dawn il-miżuri jridu jipproteġu lill-impjegati mill-possibbilta li jitkeċċew jekk jagħmlu lment jew jekk jieħdu passi legali kontra min iħaddimhom jew jekk jagħtu xhieda fil-każijiet ta trattament inġust.



