Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Drittijiet ta' l-UE

- L-isfond tad-direttivi
- Il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies
- Korpi ta' l-ugwaljanza
- Azzjoni Pożittiva
- Għajnuna raġonevoli
- Tagħrif u Djalogu

- Programmi ta' l-UE

- Links

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Politika ta’ l-UE
Drittijiet ta' l-UE
L-isfond tad-direttivi
Content Area:

Id-direttivi ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni joħorġu direttament mit-Trattat ta’ Amsterdam u qablu unanimament dwarhom il-gvernijiet ta’ l-UE fi żmien 18-il xahar li t-Trattat daħal fis-seħħ f’Mejju 1999.
It-Trattat, li jfisser il-prinċipji u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, jistqarr li:
“Din l-Unjoni hi mwaqqfa fuq il-prinċipji tal-libertà, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali … prinċipji li jħaddnuhom l-Istati Membri.”
Jaċċenna l-importanza fondamentali tal-prinċipju li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni u jestendi l-prinċipju għall-oqsma oħra barra n-nazzjonalità u paga ndaqs għall-irġiel u n-nisa, li kienu ttratti qabel. B’mod partikolari, lill-Unjoni Ewropea taha l-poteri li tieħu l-passi kontra d-diskriminazzjoni li sseħħ minħabba firxa ta’ raġunijiet. Dawn il-poteri huma mfissra f’Artiklu 13:
“Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti l-oħra ta’ dan it-Trattat, u fil-limiti tal-poteri li ngħatalu mill-Komunità, il-Kunsill, b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li kkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jieħu l-passi xierqa biex jikkombatti d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali.”
Il-motivazzjoni wara d-direttivi dwar l-ugwaljanza razzjali u l-ugwaljanza fl-impjieg
Il-prinċipju bażiku li jnebbaħ lid-direttivi hu li kulħadd għandu d-dritt li jkun ittrattat indaqs u b’ġustizzja. Hija responsabbiltà ewlenija ta’ l-UE li tiddefendi dan id-dritt fondamentali tal-bnedmin. Kif jagħmluha ċara ż-żewġ direttivi, dan hu essenzjali jekk l-UE se tiżviluppa bħala “art ta' libertà , sigurtà u ġustizzja”. Essenzjali wkoll biex jinżamm il-prinċipju paralleli li jiżgura li jkun hemm opportunitajiet indaqs u biex kulħadd jingħata ċans indaqs li jirrealizza l-potenzjal tiegħu u li jasal sa fejn hu kapaċi. Dan, min-naħa tiegħu, hu importanti biex jintlaħqu l-iskopijiet usa’ ta’ l-UE.
Skond id-direttivi, id-diskriminazzjoni tista’ “żżomm l-għanijiet tat-Trattat tal-KE milli jintlaħqu, b’mod partikolari li jintlaħaq livell għoli ta’ impjieg u ta’ protezzjoni soċjali, li jogħla l-livell ta’ l-għixien u tal-kwalit� tal-ħajja, l-għaqda ekonomika u soċjali u s-solidarjetà ”. Tistà wkoll tipperikola l-għanijiet ta’ l-istrateġija tax-xogħol Ewropea li huma li jitfassal “suq tax-xogħol li jmur tajjeb ma’ l-għaqda soċjali” u li jingħata l-appoġġ “lill-ħaddiema anzjani, sabiex tikber il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol”.



