Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Daħla
Il-Kampanja
Kampanja 2005
Content Area:
Impressjonijiet tal-Kampanja tal-2005

Kooperazzjoni tal-Kampanja mal-MTV
Il-kompetizzjoni fl-MTV mhux biss ġabet l-2005 fi tmiem promettenti iżda ħejjiet it-triq ukoll għall-fokus ewlieni fl-2006 - iż-żgħażagħ. L-ispot fuq l-MTV ipprovda xejra ġdida u sensazzjoni lill-kampanja, waħda li nittamaw li nerġgħu noħolqu fil-clip li se turi s-sottomissjonijiet rebbieħa ta' l-2006
Fl-2005, il-kampanja laħqet kważI 300 miljun persuna madwar l-UE. Dan in-numru jinkludi lill-partijiet interessati, sidien ta' negozji, professjonisti fir-Relazzjonijiet Umani, ġurnalisti, min iħaddem, impjegati u żgħażagħ.
Tur bit-trakk
It-Tur bit-Trakk żar 15-il pajjiż bi 22 waqfa, uħud mill-aktar partijiet importanti inkludew konferenza ta' l-aħbarijiet li kellha attendenza tajba ħafna u diskussjoni fuq it-TV f'Malta.
|
Ä irja għad-diversitÃ
Il-Ä irja għad-Diversità kompliet f'disat ibliet oħra, bdiet f'Jonava, il-Litwanja fil-11 ta' Marzu u intemmet f'Poznam, il-Polonja fis-16 ta' Ottubru. Aktar minn 7000 persuna ddedikaw il-Ä¡irja tagħhom lid-diversità , minn dawk żgħażagħ ħafna għal dawk xjuħ ħafna, minn Ä¡errejja professjonali sa dawk li kienu qed jiÄ¡ru għall-ewwel darba.
Fost il-ġerrejja kien hemm tim tar-relay mill-Grupp Nazzjonali ta' Ħidma ta' l-Awstrija, ġerrej dilettant ta' 81 sena, sewwieq professjonali tal-hand-biking u tim mill-Kummissjoni Ewropea. Monique van der Vorst kisret rekord dinji fit-tiġrijia Rotterdam on Wheels u rebħet il-kategorija tan-nisa tal-hand-biking - riżultat kbir għall-kampanja.
|

Il-Premju għall-Ä urnalisti
L-għarfien għall-Premju għall-Ä urnalisti qed ukoll jiżdied. Fl-2005 kien hemm 310 sottomissjoni - żieda ta' kważi 100 sottomissjoni fuq it-total tas-sena li għaddiet.
Il-kategorija tal-fotografija nstabet li kienet aktar ta' sfida u għalhekk il-kompetizzjonijijiet nazzjonali kienu magħquda f'kompetizzjoni waħda tal-fotografija Ewropea.
Materjal ta' Informazzjoni
Materjal ġdid kien prodott biex jirrifletti l-qagħdiet nazzjonali u biex jappoġġa l-attivitajiet tal-Gruppi Nazzjonali ta' Ħidma.
Dawn jinkludu: pakketti li jipprovdu informazzjoni aċċessibbli dwar il-leġislazzjoni u d-dettalji dwar fejn għandek tmur għall-ewwel parir; fuljetti nazzjonali ta' informazzjoni b'sommarji tal-qagħda nazzjonali u pamflets li jipprovdu informazzjoni aktar profonda u li kien fihom kitbiet mill-isħab tagħna.
|
Attivitajiet Nazzjonali
Attivitajiet individwali li kisbu suċċess kienu l-Kompetizzjoni tal-Kartelluni fil-Polonja, is-seminar waqt il-"Festival Sziget" fl-Ungerija, ‘Solidays’ fi Franza u l-festival ta' Jum San Kristoforu f'Berlin fost avvenimenti u attivitajiet oħra nazzjonali.
Kull waħda minnhom għenu sabiex il-kampanja tilħaq l-akbar numru ta' persuni li qabel setgħu ma kenux jafu bil-kwistjonijiet.
Tnedija mill-ġdid tal-websajt
Mindu saret it-tnedija mill-ġdid tal-websajt komplejna naraw żieda fin-numru ta' persuni li jżuruha u f'Novembru 2005 ilħaqna l-ogħla ċifra ta' aktar minn 106,000 viżitatur kull xahar.
Sal-2006, il-websajt introduċiet librerija ta' dokumenti li fiha studji, rapporti u dokumentazzjoni formali li faċli tfittixhom u l-faċilità għal viżitaturi li jistgħu jtellgħu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tagħhom fl-20 lingwa ta' l-UE kollha.
![]() | ![]() | |














