Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Pubblikazzjonijiet ta' l-UE

- Volantini ta' Informazzjoni Nazzjonali

- Brochures

- Factsheets

- Rapporti Annwali

- Mistoqsijiet Komuni

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Librerija ta’ Dokumenti
Pubblikazzjonijiet ta' l-UE
2003
Content Area:
Pubblikazzjonijiet ta' l-UE 2003
- Il-politika favur id-diversita tista’ tgħin il-kummerċ, skond rapport għall-Kummissjoni
- Ir-regoli kontra d-diskriminazzjoni jridu jkunu fis-seħħ qabel is-sħubija
- Ewrobarometru
Il-politika favur id-diversita tista’ tgħin il-kummerċ, skond rapport għall-Kummissjoni

10/2003
Il-kumpanniji li jħaddmu politika favur id-diversita' – i.e. politika li tħeġġeÄ¡ it-taħlit tar-razez, l-orjentamenti sesswali, ir-reliÄ¡jonijiet, id-diżabbiltajiet fiżiÄ‹i, l-etajiet u s-sessi fuq il-post tax-xogħol – jistgħu jistennew li jirbħu xi benefiċċji kemm fil-medda l-qasira kif ukoll fit-twila. Dawn huma r-riżultati ta’ rapport Ä¡did, li sar għall-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport, li jismu “L-Iżvantaġġi u l-Vantaġġi tad-Diversity â€, jindika li jkun hemm benefiċċji fil-medda l-qasira u tan-nofs, bħal cash flow aħjar minħabba li jkunu riżolti xi nuqqas ta’ ħaddiema, ftuħ ta’ swieq Ä¡odda, tnaqqis fl-ispejjeż u riżultati aħjar fis-swieq attwali, kif ukoll benefiċċji fil-medda t-twila, inkluż li jkollok fama distinta mal-klijenti u stakeholders importanti u t-titjib fil-kwalita' tal-kapital uman.
Ir-regoli kontra d-diskriminazzjoni jridu jkunu fis-seħħ qabel is-sħubija

09/2003
Ir-regoli ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni kellhom jiddaħħlu fil-liġijiet nazzjonali sa żewġ dati, u issa li qed toqrob it-tieni waħda minnhom il-Kummissjoni qed tippubblika riċerka indipendenti dwar il-leġiżlazzjoni fil-pajjiżi kandidati dwar id-diskriminazzjoni minħabba l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbilta , l-eta u l-orjentament sesswali. L-istudju juri li xi progress sar, iżda għad hemm xogħol xi jsir jekk il-kandidati jridu jkunu jaqblu mad-Direttivi sa l-1 ta’ Mejju 2004.
Ewrobarometru

05/2003
Il-biċċa l-kbira ta’ l-Ewropej jemmnu li persuna tista’ ssibha aktar diffiċli li tkun impjegata, anki meta tkun kwalifikata daqs ħaddieħor, minħabba l-oriġini etniċi tagħha, ir-reliġjon, id-diżabbilta jew l-eta . Din kienet waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ survey tal-Ewrobarometru ta’ l-UE li jismu, “Id-Diskriminazzjoni fl-Ewropaa'.




