Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Xi tfisser id-diskriminazzjoni?

- Materjal ta' Informazzjoni

- Proġett ta’ dejtabejż

- Għal dawk li jħaddmu

- L-Ewwel Passi
- Il-Benefiċċji tad-Diversita`
- Agħraf id-Diskriminazzjoni
- Pubblikazzjonijiet
- Test your company!
- Kuntatti
- Kwestjonarju dwar l-SME

- Glossarju

- FAQs

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Għal dawk li jħaddmu
Pubblikazzjonijiet
Content Area:
- Il-Każ tan-Negozju favur id-DiversitÃ
- BT – Pożittiva` Dwar l-Eta`
- Oħloq Bilanċ
- Il-politika favur id-diversita tista’ tgħin il-kummerċ, skond rapport għall-Kummissjoni
- Diskriminazzjoni Fuq Bażi ta’ Eta`
- Inkunu pożittivi dwar diversita` ta’ eta` fil-post tax-xogħol
Il-Każ tan-Negozju favur id-DiversitÃ

Sistemi tajba fil-Post tax-Xogħol
10/2005
Għadd dejjem jikber ta' kumpaniji Ewropej qed jadottaw strateġiji ta' diversità u ugwaljanza, mhux biss għal raġunijiet etiċi u legali iżda wkoll minħabba l-benefiċċji li mistennija jħallu. Fost l-aktar importanti minn dawn il-benefiċċji huma reklutaġġ itjeb u żamma għal aktar tul ta' impjegati minn grupp usa' ta' ħaddiema ta' kwalità għolja, dehra ahjar ghall-kumpanija, innovazzjoni akbar u opportunitajiet itjeb ta' promozzjoni tas-suq.
BT – Pożittiva` Dwar l-Eta`

02/2005
Il-leġislazzjoni dwar diskriminazzjoni fuq bażi ta’ eta` mistennija tidħol fis-seħħ f’Ottubru 2006. Waqt li għad hawn min iħaddem li għadu ma bediex jipprepara għal dawn ir-Regolamenti l-ġodda, il-kumpanija BT ħadet azzjoni pro-attiva` biex timpjega ħaddiema ikbar fl-eta`. B’mod partikolari, il-kumpanija introduċiet portafol ta’ għażliet flessibli li jagħti appoġġ fuq perjodu ta’ għaxar snin għall-irtirar ta’ l-impjegati
tagħha. Dan wassal biex il-kumpanija kellha żieda fin-numru ta’ l-impjegati ‘il fuq minn 50 sena. Din iż-żieda kienet minn 13% għal 24% fuq perjodu qasir ta’ tlett snin. Carol Foster tesplora l-argumenti wara l-każ ta’ eżempju ta’ negozju u l-politika pożittiva` tal-BT fir-rigward ta’ l-eta`. Hi tara fid-dettal ta’ l-għażliet flessibli ta’ irtirar u teżamina l-azzjonijiet tal-kumpanija bl-għan li jkun hemm għarfien dwar il-politika l-ġdida kif ukoll l-inkoraġġiment involut biex l-impjegati jagħmlu użu minn dawn l-għażliet flessibli.
Oħloq Bilanċ

2005
Kif jikkomparaw id-drittijiet ta’ l-impjegati koperti mil-liġi kontra d-diskriminazzjoni ma’ dawk ta’ min iħaddem? Bid-dħul kontinwu ta’ leġislazzjoni ġdida kontra d-diskriminazzjoni, l-impjegati issa għandhom drittijiet li ma jiġux diskriminati fuq bażi ta’ ħlas, diżabilita`, sess u orjentazzjoni sesswali, razza, reliġjon, twemmin u aktar. L-impjegati qed ikunu aktar protetti – dan qed iseħħ b’dannu għad-drittijiet ta’ min iħaddem? L-emplojer John Catchpole u l-avukat speċjalizzat fil-qasam ta’ l-impjiegi Martin Brewer jiżnu d-distribuzzjoni tad-drittijiet fil-post tax-xogħol.
Il-politika favur id-diversita tista’ tgħin il-kummerċ, skond rapport għall-Kummissjoni

10/2003
Il-kumpanniji li jħaddmu politika favur id-diversita' – i.e. politika li tħeġġeÄ¡ it-taħlit tar-razez, l-orjentamenti sesswali, ir-reliÄ¡jonijiet, id-diżabbiltajiet fiżiÄ‹i, l-etajiet u s-sessi fuq il-post tax-xogħol – jistgħu jistennew li jirbħu xi benefiċċji kemm fil-medda l-qasira kif ukoll fit-twila. Dawn huma r-riżultati ta’ rapport Ä¡did, li sar għall-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport, li jismu “L-Iżvantaġġi u l-Vantaġġi tad-Diversity â€, jindika li jkun hemm benefiċċji fil-medda l-qasira u tan-nofs, bħal cash flow aħjar minħabba li jkunu riżolti xi nuqqas ta’ ħaddiema, ftuħ ta’ swieq Ä¡odda, tnaqqis fl-ispejjeż u riżultati aħjar fis-swieq attwali, kif ukoll benefiċċji fil-medda t-twila, inkluż li jkollok fama distinta mal-klijenti u stakeholders importanti u t-titjib fil-kwalita' tal-kapital uman.
Diskriminazzjoni Fuq Bażi ta’ Eta`

11/2003
- X’se jkunu jfissru l-liġijiet il-ġodda?
- Issa x’jrid jagħmel min iħaddem?
- Niġġustifikaw diskriminazzjoni fuq bażi ta’ Eta`
- Temi relatati ma’ reklutaġġ
- Implikazzjonijiet dwar ħlas u benefiċċji
- Fastidju
- Irtirar
Inkunu pożittivi dwar diversita` ta’ eta` fil-post tax-xogħol

Gwida prattika għan-negozju
2002
Din il-gwida, li hi fuq bażi volontarja, diġa` kienet ta’ għajnuna lil ħafna emplojers biex jibdlu għall-aħjar il-prattiċi tax-xogħol. Għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex tkun trattata aħjar id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ eta` fil-post tax-xogħol. Għaliex id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ eta` għadha qed teffettwa l-mod kif jaħdmu ċertu emplojers? Żgur li l-għan ta’ strateġija sensibli fil-post tax-xogħol hi dik li jinstab l-impjegat addattat għall-impjieg, jingħataw inkoraġġiment biex jiżviluppaw u jkomplu jibbenifikaw mill-abbilitajiet, għarfien u esperjenza tagħhom għal tul ta’ żmien possibli.




