Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Xi tfisser id-diskriminazzjoni?

- Materjal ta' Informazzjoni

- Proġett ta’ dejtabejż

- Għal dawk li jħaddmu

- L-Ewwel Passi
- Il-Benefiċċji tad-Diversita`
- Agħraf id-Diskriminazzjoni
- Pubblikazzjonijiet
- Test your company!
- Kuntatti
- Kwestjonarju dwar l-SME

- Glossarju

- FAQs

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Daħla
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Għal dawk li jħaddmu
Agħraf id-Diskriminazzjoni
Content Area:
Xi drabi kumpanija jista’ jkollha regoli jew sistemi li jwasslu għad-diskriminazzjoni. Id-diskriminazzjoni tista’ tkun bil-miftuħ, iżda xi drabi tista’ tkun moħbija u aktar sottili.
Tista’ taraha meta grupp wieħed ta’ nies jingħata xogħol partikolari jew aċċess għal taħriġ, termini u kondizzjonijiet deċenti ta’ impjieg, faċilitajiet fuq il-post u promozzjoni. Per eżempju:
- In-nisa jingħataw biss ċertu tip ta’ xogħol, waqt li l-irġiel jingħataw xogħlijiet oħra.
- Gruppi etniċi partikolari jingħataw biss ċertu tip ta’ xogħol u mhux tipi oħrajn.
- Nies b’diżabilit awtomatikament m’humiex aċċettati, mingħajr ma jitqies x’tibdiliet ħfief jistgħu jsiru biex jintlaqgħu l-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
- Kull min donnu “ma jingwalax” (per eżempju, minħabba r-reliġjon jew l-orjentament sesswali tiegħu) jiċċaħħdulu d-drittijiet tiegħu, jekk mhux saħansitra lanqas biss jingħata impjieg.
- Ċerti regoli jew modi kif isiru l-affarijiet iwasslu biex ikunu esklużi gruppi partikolari ta’ nies.
- L-istereotipar ta’ gruppi partikolari u l-ħolqien ta’ stennija ta’ riżultati fqar, li, għalkemm ma jintqalux bil-kliem, jistgħu jixterdu fl-organizzazzjoni, tant li tinħoloq atmosfera li tnawwar il-ħila li jaħdmu sew ta’ xi persuni.
Sikwit, dawn l-affarijiet jiġru b’mod pubbliku ħafna, bl-appoġġ ta’ min imexxi u ta’ impjegati oħra. Xi drabi huma aktar moħbija għaliex in-nies jafu li m’għandhomx jiddiskriminaw iżda xorta waħda hekk jagħmlu! Per eżempju, kultant jafu jużaw lingwaġġ “sigriet” jew ewfemiżmi biex jaħbu d-diskriminazzjoni kontra l-impjegati jew il-klijenti.
Jista’ jkun ukoll li tara atti ta’ fastidju jew vittimizzazzjoni, bħal:
- Tixrid ta’ xnigħat foloz li jiskreditaw lil xi impjegat.
- Rimarki derogatorji jew offensivi dwar xi kollegi fuq ix-xogħol.
- Insinwazzjonijiet sesswali dwar kollega fil-preżenza tiegħu jew tagħha.
- Ċajt dwar gruppi partikolari ta’ nies. Per eżempju, gruppi reliġjużi, persuni omosesswali jew xi grupp etniku. U kulħadd hu mistenni jipparteċipa fiċ-“ċajta”, inkluż int jekk int membru tal-grupp li jkunu qed jiddieħku bih – u jekk ma tagħmilx hekk tispiċċa ssib ruħek iżolat u magħdud bħala “mhux parti mit-tim”.
- Abbuż fiżiku – daqqiet ta’ ħarta, drib, eċċ – jew theddid ta’ vjolenza.
- Ma jingħata ebda kas ta’ dak li qed iħossu dawk li huma s-suġġett taċ-ċajt jew l-abbuż.
- Ħajja diffiċli għal min jilmenta dwar il-mod kif inhu trattat jew għal min jagħti appoġġ lill-vittma – billi, per eżempju, ma jkellimhom ħadd jew saħansitra jitkeċċew.
L-impatt ta’ mġiba bħal din, apparti li jista’ forsi jwassal għal azzjoni legali, jista’ jqarras il-ħajja fuq ix-xogħol u forsi jwassal ukoll għat-tluq ta’ xi impjegati li huma ta’ valur kbir għall- -kumpanija, jew għal telf ta’ negozju. Il-vittmi jistgħu jsofru tensjoni personali jew jgħaddu minn tbatija ekonomika.
X’tista’ tagħmel int?
Meta tinnota li qed issir xi diskriminazzjoni jew li qed jingħata fastidju, tista’ tiġik it-tentazzjoni li tinjora dawn il-problemi. Forsi tħossok skomdu tikkonfronta l-kwistjoni, jew temmen li l-problema għandu mnejn tmut fuq ommha, jew forsi lanqas biss jidhirlek li hi importanti. Iżda hi importanti. Il-verità hi li la darba d-diskriminazzjoni u l-fastidju jkunu daħlu fost il-ħaddiema, l-effetti ħżiena fuq l-organizzazzjoni u l-armonija ta’ l-ambjent tax-xogħol probabilment se jkomplu jikbru, u forsi jagħmlu ħsara akbar jekk ma jkunux indirizzati malajr kemm jista’ jkun. Jekk int maniġer, int għandek id-dmir li taġixxi, anki jekk il-vittma ma tilmentax.
Jekk int kollega tal-vittma jew xi impjegat ieħor, int ukoll għandek tikkonfronta l-imġiba diskriminatorja: M’għandekx għalfejn taċċettaha!
Għandek tiżviluppa l-fehma tiegħek dwar id-diskriminazzjoni u kif għandek iġġib ruħek meta jidher li oħrajn qed jiddiskriminaw.
Xi passi importanti huma:
Qis l-imġiba u l-attitudnijiet tiegħek:
• Tingħaqad f’imġiba diskriminatorja,
anki meta tqis li hi baxxa?
• Tgħin biex tinħoloq klima ta’ rispett b’dak li tagħmel?
• Tgħid lill-oħrajn għala ma tapprovax id-diskriminazzjoni jew il-fastidju?
• Lest li titgħallem dwar kulturi u perspettivi oħra?
Agħti l-appoġġ tiegħek lill-vittmi u għinhom jirriżolvu l-problema:
• Għinhom ifittxu parir legali jew ta’ xorta oħra.
• Għinhom jikkonfrontaw lil min qed jittrattahom ħażin.
• Għinhom iqajjmu l-kwistjoni ma’ min jimpjega.
• Agħtihom appoġġ emozzjonali – id-diskriminazzjoni toħloq tensjoni fil-vittma.
Itlob taħriġ li jgħallmek:
• Kif tagħraf id-diskriminazzjoni.
• X’tgħid il-liġi.
• X’inhuma mġiba aċċettabbli u mġiba mhux aċċettabbli.
• Kif tikkonfronta atti ta’ diskriminazzjoni u fastidju





