Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Xi tfisser id-diskriminazzjoni?

- Materjal ta' Informazzjoni

- Proġett ta’ dejtabejż

- Għal dawk li jħaddmu

- Glossarju

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Għal dawk li jħaddmu
Il-Benefiċċji tad-Diversita`
Content Area:
X’inhuma l-benefiċċji ta’ l-immaniġġjar effettiv tad-diversità ?
Riċerka reċenti dwar organizzazzjonijiet ma’ l-Ewropa kollha turi li organizzazzjoni mżewwqa, jekk tkun mibnija u mmexxija sew, tgawdi minn benefiċċji reali. Dan jgħodd kemm għas- -settur privat u kemm għal dak pubbliku jew dak li ma joperax għall-profitt; għall-organizzazzjonijiet il-kbar u għal dawk żgħar. L-istrateġiji ta’ l-immaniġġjar tad-diversità jistgħu jgħinu biex tinħoloq rabta bejn l-aspetti interni u dawk esterni tal-ħidma ta’ organizzazzjoni. Għalkemm kull organizzazzjoni jeħtieġ li tiffissa l-prijoritajiet tagħha, dawn il-benefiċċji jinkludu l-ħila li:
- Tattira, tirrekluta u żżomm miegħek nies minn bażi ta’ “talent†usa’.
- Tnaqqas l-ispejjeż ta’ meta jitilquk in-nies u ta’ l-assenteiżmu.
- Tgħin lill-impjegati jkunu aktar flessibbli u jwieġbu aħjar għas-sejħiet li tagħmlilhom.
- Tkattar l-impenn, il-moral u l-“isforzi diskrezzjonarji†ta’ l-impjegati.
- Timmaniġġja aħjar l-impatt tal-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika.
- Tkattar il-kreattività u l-innovazzjoni.
- Tifhem aħjar kif għandek topera f’kulturi differenti.
- Tifhem aħjar il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u klijenti attwali tiegħek.
- Tgħin fl-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u strateġiji ta’ promozzjoni tal-bejgħ ġodda.
- Ittejjeb il-fama u d-dehra ta’ l-organizzazzjoni ma’ l-istakeholders esterni.
- Toħloq opportunitajiet għal gruppi żvantaġġjati u tibni l-koeżjoni soċjali.
Għajnuna raÄ¡onevoli għal nies b’diżabilitÃ
Il-liġijiet il-ġodda jagħtu drittijiet partikolari lil nies b’diżabilità fis-sens li dawn jistgħu jistennew mingħandek “għajnuna raġonevoli†skond il-ħtiġijiet tagħhom. Min jimpjega għandu jaħseb li jipprovdi apparat u għajnuna speċjali biex nies b’diżabilità jkunu jistgħu jagħtu sehemhom fil-post tax-xogħol. Għalkemm il-bidliet li jkun hemm bżonn li jsiru għal individwi differenti jistgħu jkunu partikolari għalihom, aktarx li jkollok bżonn taħseb għal:
- addattamenti tekniċi jew mekkaniċi speċifiċi,
- bidliet fl-ambjent tax-xogħol, faċilitajiet, mobilità u aċċess,
- aktar flessibilità fl-arranġamenti tax-xogħol,
- bidliet fl-attitudni tal-maniġment u l-ħaddiema.
Hu x’inhu dak li hemm bżonn isir, l-aħjar parir tieħdu mingħand in-nies b’diżabilità ! Tqisx dan kollu bħala piż iżda bħala investiment f’ideat u metodi tax-xogħol ġodda. Fil-fatt, ħafna bidliet aktar jitolbu immaġinazzjoni milli flus! Dawn il-bidliet sikwit huma ta’ ġid mhux biss għall-impjegat b’diżabilità iżda wkoll għall- -organizzazzjoni kollha kemm hi.



