Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Xi tfisser id-diskriminazzjoni?

- Materjal ta' Informazzjoni

- Proġett ta’ dejtabejż

- Għal dawk li jħaddmu

- L-Ewwel Passi
- Il-Benefiċċji tad-Diversita`
- Agħraf id-Diskriminazzjoni
- Pubblikazzjonijiet
- Test your company!
- Kuntatti
- Kwestjonarju dwar l-SME

- Glossarju

- FAQs

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Daħla
Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni
Għal dawk li jħaddmu
L-Ewwel Passi
Content Area:
L-ewwel passi kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol
Agħraf li jista’ jkun hemm diskriminazzjoni
M’għandek tinjora ebda każ potenzjali ta’ diskriminazzjoni. Każi ta’ din ix-xorta jistgħu jiġu jiswew ħin, flus u inkwiet lil kull min ikun imdaħħal fihom, minbarra l-possibbiltà ta’ riklam ħażin li jistgħu jagħmlu. F’każ legali, il-fatt li ma tkunx ħadt il-passi meħtieġa jista’ jkun interpretat kontrik.
Sir af il-leġislazzjoni l-ġdida
Aċċerta ruħek li int u l-impjegati tiegħek tafu l-elementi prinċipali tal-leġislazzjoni l-ġdida. Toqgħodx tistenna sakemm tinqalagħlek xi problema. Ftakar: int responsabbli għall-azzjonijiet ta’ l-impjegati tiegħek; għalhekk aċċerta ruħek li jafu x’inhu mistenni minnhom.
Oħloq ambjent tajjeb
Ara kif tista’ toħloq post tax-xogħol fejn ikun hemm tassew dinjità u rispett għal nies differenti.
Żviluppa Politika Mhux Diskriminatorja
Agħmilha ċara li d-diskriminazzjoni, il-fastidju u l-vittimizzazzjoni m’humiex aċċettabbli fil-post tax-xogħol. Kun lest li ssegwi din il-politika u tinfurzaha.
Mexxi bl-eżempju
Id-dikjarazzjonijiet u l-imġiba tat-tmexxija ta’ l-organizzazzjoni jgħaddu messaġġ ċar ta’ x’inhu mistenni mill-impjegati fil-post tax-xogħol.
Studja l-organizzazzjoni tiegħek kollha
Studja kull politika, sistema, u prattika ta’ l-organizzazzjoni tiegħek sabiex issir taf fejn jista’ jkun hemm xi diskriminazzjoni. Kun lest li tagħmel il-bidliet meħtieġa biex ittejjeb l-affarijie.
Għid x’qed tagħmel
Għid b’dak li qed tagħmel biex taqta’ d-diskriminazzjoni lill-impjegati, lir-rappreżentanti tagħhom u lill-bqija tal-komunità.
Tejjeb il-ħiliet ta’ l-impjegati
Ħarreġ lill-impjegati biex ikunu jafu x’inhi d-diskriminazzjoni u kif jikkumbattuha. Hemm anqas ċans li l-impjegati jġibu ruħhom b’mod diskriminatorju jekk ikunu mgħallma li għandhom jirrispettaw id-differenzi bejn in-nies.
Investiga l-ilmenti
Waqqaf proċess ċar u indipendenti sabiex l-ilmenti jkunu investigati b’mod trasparenti. Fuq kollox, tivvittimizzax lill-vittma – dan ukoll hu kontra l-liġi!
Ħu Passi Pożittivi
Għandek tqis programmi speċjali li jgħinu lill-impjegati ġejjin minn gruppi li m’humiex rappreżentati biżżejjed biex japplikaw għal impjiegi jew biex jerfgħu responsabbiltajiet ġodda.
Eżamina l-inizjattivi mill-ġdid
L-affarijiet jinbidlu. Każijiet reċenti għandhom mnejn joħolqu preċedent legali. L-ilmenti jistgħu jgħinuk tidentifika kwistjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu indirizzati. Kun żgur li dejjem teżamina mill-ġdid dak li tkun qed tagħmel.
Żomm responsabbli lin-nies
Il-kontroll tad-diskriminazzjoni m’hux ir-responsabbiltà ta’ grupp wieħed. Din ir-responsabbiltà għandha tkun parti mill- -inkarigu ta’ l-impjegati kollha. Għinhom jifhmu dak li jistgħu jagħmlu huma stess.
Kejjel il-progress li tagħmel
Iffissa l-miri u fassal il-mod kif tista’ tiġbor it-tagħrif li għandek bżonn biex tkun taf kemm qed tirnexxi l-kampanja tiegħek kontra d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol.
Ifrex il-kuntatti ma’ min hu interessat
Ifrex il-kuntatti ma’ organizzazzjonijiet esterni li jirrappreżentaw jew jaħdmu ma’ grupp ta’ nies wiesa’ u mżewwaq. Dan iwassal biex tilħaq firxa usa’ ta’ nies jew biex tieħu pariri dwar l-inizjattivi tiegħek.
Fittex l-għajnuna ta’ esperti
Hemm ħafna organizzazzjonijiet u esperti differenti li jistgħu jgħinuk tieħu dawn il-passi. Sir af min fejn tista’ tikseb aktar tagħrif u għajnuna.
Għal aktar informazzjoni dwar x’tista’ tagħmel bħala persuna li timpjega biex ittejjeb il-kumpanija tiegħek f’termini ta’ diversita` u anti-diskriminazzjoni, jekk jogħġbok aqra l-‘Fact Sheets’ tagħna.





