Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Is-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd

- Konkors Fotografiku Breaking Stereotypes

- Kompetizzjoni tal-Powster “It-Tkissir ta’ l-Istereotipi”

- FAMILJI MALTIN SE JKUNU PARTI MINN ĠABRA FOTOGRAFIKA LI TIPPROMWOVI D-DIVERSITA`

- Premju lill-Ġurnalisti

- Żjara tat-Trakk

- Iġri għad-diversità

- Librerija ta' l-istampi

- Kalendarju ta' l-avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

- Interattiv

- FAQs
Banner
You are here:
Daħla
Attivitajiet u Avvenimenti
Is-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd
Content Area:
- 2007- Is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd - Is-sieħeb uffiċjali tal-Konkors tal-Kanzunetta ta’ l-Eurovision 2007
- Is-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd 2007 Flyer
- Is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulhadd tnediet fl-ewwel Equality Summit li qatt sar f’Berlin fit-30/31 ta’ Jannar 2007
2007- Is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd - Is-sieħeb uffiċjali tal-Konkors tal-Kanzunetta ta’ l-Eurovision 2007

Sa minn l-ewwel xandira fl-1956, sena biss qabel it-twaqqif ta’ l-UE bit-Trattat ta’ Ruma fl-1957, il-Konkors annwali tal-Kanzunetta ta’ l-Eurovision sar tradizzjoni importanti Ewropea li tgħaqqad in-nies madwar il-kontinent kollu b’kanzunetti esegwiti f’lingwi u stili differenti. Il-Eurovision illum hija wieħed mill-ikbar avvenimenti televiżivi segwit madwar l-Ewropa fil-qasam tad-divertiment mużikali, u jilħaq udjenza ta’ madwar 100 miljun Ewropew.
Jista’ jkun hemm sieħeb aħjar mill-Eurovision biex jippromwovi l-benefiċċji ta’ opportunitajiet indaqs u jiċċelebra d-diversitàmatul l-2007 – Is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd?
Jista’ jkun hemm ċelebrazzjoni aħjar biex ixxerred il-kelma u tqajjem għarfien dwar l-għanijiet tas-Sena Ewropea aktar minn konkors tal-kanzunetti f’atmosfera ta’ entużjażmu u ħbiberija li jgħaqqad il-persuni u l-kultura fl-Ewropea kollha? Is-sħubija ta’ l-UE ma’ l-Eurovision hija żgur xi ħaġa li tispikka tul il-kampanja.
Ħelsinki 2007
Il-konkors ta’ l-Eurovision 2007, li wasal fit-52 edizzjoni tiegħu, ser isir l-ewwel darba f’Ħelsinki, il-Finlandja. Dan ser ikompli fuq it-tradizzjoni li l-pajjiż ta’ oriġini tal-kantant rebbieħ preċedenti jilqa’ l-avveniment f’pajjiżu, f’dan il-każ il-grupp Lordi.
Matul il-ġimgħa tal-konkors (Mejju 5-12), il-kampanja ta’ l-2007 – Is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd ser ikollha stand fil-villaġġ ta’ l-Eurovision fil-qalba ta’ Ħelsinki. L-istand mhux biss ser joffri tagħrif utli fuq is-Sena stess, iżda ser jilqa’ wkoll attivitajiet varji ta’ divertiment bħal kompetizzjonijiet u kwiżis, settijiet għal DJs, sessjonijiet ta’ taħlit ta’ koktejls u ħafna aktar. Ser ikun hemm aċċess sħiħ għal persuni b’diżabilità. Dan ser iservi ta’ pjattaforma għal żgħażagħ Ewropej biex jesprimu t-talenti tagħhom tal-kant u żfin, huma x’inhuma s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentamenti sesswali tagħhom.
L-2007 – Is-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd ser tkun rappreżentata wkoll permezz ta’ stand promozzjonali fil-kamra ta’ l-istampa ta’ l-Eurovision. Ir-rappreżentanti ta’ l-istampa Ewropea ser jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar l-għanijiet ewlenin tal-kampanja.
Għal aktar informazzjoni fuq il-Konkors tal-Kanzunetta ta’ l-Eurovision, żur www.eurovision.tv
Is-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd 2007 Flyer

Id-diskriminazzjoni: ħażina, illegali u ħela ta’ talent u Ewropea 2007
ħiliet! L-aktar riżors prezzjuz ta’ l-Ewropa hija d-diversità għanja tan-nies tagħha. Iżda minħabba preġudizzji u stereotipi, dan spiss ifisser li mhux in-nies kollha fl-Ewropa jgawdu t-trattament ġust li jistħoqqilhom. Bosta huma mƒaħħdin minn opportunitajiet ugwali minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew twemmin, iddiżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali tagħhom.
Kulħadd jista’ jagħti sehemu fis-Sena Ewropea 2007. Kull wieħed u waħda minnha tista’ tibda billi tħares lejn l-imġiba u l-attitudnijiet tagħha. Tista’ wkoll tieħu sehem fis-Sena billi torganizza jew tissieħeb f’avveniment ħdejk. Kemm jekk negozji żgħar, gruppi ta’ żgħażagħ, organizzazzjonijiet mhux governattivi, trejd unjins jew skejjel, is-Sena tista’ tirnexxi biss meta kullħadd jingħaqad.
Is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulhadd tnediet fl-ewwel Equality Summit li qatt sar f’Berlin fit-30/31 ta’ Jannar 2007

Is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulhadd kienet inawgurata uffiċjalment matul l-ewwel European Equality Summit li qatt sar, f’Berlin, taħt il-Presidenza Ġermaniza ta’ l-UE. Il-konferenza ta’ livell għoli kienet opportunita` ta’ valur kbir għall-parteċipanti biex ikunu nfurmati b’dak li sar madwar l-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza fuq bażi ta’ eta’, diżabilita`, sess, razza u oriġini etnika`, reliġjon u orjentazzjoni sesswali.
Din kienet l-ewwel darba li rappreżentanti ta’ livell għoli mill-Istati Membri ta’ l-UE, l-imsieħba soċjali, is-soċjeta` ċivili u l-entitajiet Ewropej ta’ l-anti-diskriminazzjoni ngħaqdu flimkien biex jiddiskutu l-promozzjoni ta’ l-opportunitajiet indaqs fl-Ewropa. Fil-futur, l-Equality Summit fuq livell ministerjali ser isir kull sena, bl-għan li jkunu identifikati aktar passi meħtieġa biex l-Unjoni Ewropea tkun karatterizzata minn ugwaljanza sħiħa fil-prattika, fid-diversita` u n-non-diskriminazzjoni. Is-Sena Ewropea ser tagħti importanza li turi l-benefiċċji tad-diversita` għas-soċjetajiet Ewropej u l-individwi. Id-diskriminazzjoni m’hijiex biss illegali; hi wkoll spiża għall-ekonomija u għas-soċjeta` sħiħa.
Is-27 stati membri kollha ta’ l-UE ser jipparteċipaw fis-Sena Ewropea, kif ukoll in-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein. L-attivitajiet jinkludu kampanja ta’ informazzjoni madwar l-Ewropa kif ukoll attivitajiet nazzjonali u lokali fil-pajjiżi kollha ta’ l-UE. Tnedijiet individwali nazzjonali għas-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulhadd ser isiru aktar tard fi Frar u fil-bidu ta’ Marzu. Il-konferenza ta’ l-għeluq taħt it-tmexxija Portugiża f’Lisbona ser issir lejn l-aħħar ta’ Novembru biex ikun hemm żmien biżżejjed li jsiru l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fil-ħin għall-aħħar Kunsill tal-Ministri li jiltaqa’ fi Brussel f’Diċembru.
Għal aktar informazzjoni dwar is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd, jekk jogħġbok klikkja hawn. Int ser tmur lura fil-websajt uffiċjali tas-Sena (http://equality2007.europa.eu).
![]() |
Il-Ministru Ġermaniż von der Leyen u l-Kummissarju ta’ l-UE Dr. Špidla waqt l-Equality Summit f’Berlin flimkien ma’ l-Ambaxxaturi Ġermaniżi tas-Sena Ronny Ziesmer u Bobby Brederlow |






