Main Menu:
- Politika ta l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Premju għall-Ġurnalisti 2008

- Is-Sena Ewropea ta l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd

- Konkors Fotografiku Breaking Stereotypes

- Kompetizzjoni tal-Powster It-Tkissir ta l-Istereotipi

- FAMILJI MALTIN SE JKUNU PARTI MINN ĠABRA FOTOGRAFIKA LI TIPPROMWOVI D-DIVERSITA`

- Żjara tat-Trakk

- Iġri għad-diversit

- Librerija ta Dokumenti

- Kalendarju ta' l-avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Attivitajiet u Avvenimenti
Kompetizzjoni tal-Powster It-Tkissir ta l-Istereotipi
Ir-rebbieħ
Content Area:
Ir-rebbieħ

Aleksandra Woldańska
Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-pjaċir tippreżenta r-rebbieħ tal-Kompetizzjoni tal-Powster “It-Tkissir ta’ l-Istereotipi”: Aleksandra Woldańska.
Aleksandra Woldanska hija studentessa ta’ 21 sena minn Kalisz, il-Polonja. Mill-2004 ilha tistudja l-komunikazzjoni viżiva fl-Akkademja tas-Snajja’i tal-Ġmiel f’Poznan. Din m’hijiex l-ewwel kompetizzjoni ta’ l-arti li rebħet Aleksandra. Fl-2004 rċeviet l-ewwel premju f’kompetizzjoni tad-disinn organizzata miċ-ċentru lokali tal-komunità f’Kalisz, u fl-2005 ingħatalha t-tieni premju f’kompetizzjoni ta’ Hewlett Packard għal-logo ta’ T-shirt.
Aleksandra tgħid hekk fuq id-disinn tal-powster tagħha: “Fil-powster tiegħi d-diversità razzjali m’hijiex kontradizzjoni iżda hija komplementari. Bis-saħħa tad-diversità tan-nies, jeżistu kwalitajiet ġodda li ma kinux jeżistu kieku konna kollha xorta. Meta nsibu f’ħaddieħor l-affarijiet li m’għandniex, dan jagħnina u l-ħajja tista’ ssir iżjed interessanti. Għalhekk huwa importanti ħafna li naċċettaw lill-oħrajn. Nixtieq li bil-powster tiegħi kulħadd isir konxju li jekk naċċettaw lill-oħrajn kif inhuma biss nistgħu noħolqu d-djalogu fost in-nies. Nemmen li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għadha kwistjoni relevanti għaliex jekk inħarsu lejn dak li qed jiġri madwarna nistgħu naraw li djalogu ta’ din ix-xorta ma jeżistix f’ħafna postijiet jew sferi tal-ħajja.
![]() |
"Flimkien", Aleksandra Woldanska, L-Akkademja ta' tas-Snajja' tal-Ġmiel, Poznari |
ID-DIKJARAZZJONI TAL-ĠURIJA
Id-disinn huwa sempliċi daqs kemm hu interessanti. L-immaġni viżiva u l-esekuzzjoni tagħha huma ridotti għall-inqas ammont possibbli: tagħniqa sempliċi. Is-saħħa tad-disinn qiegħda fil-kisba ta’ xi ħaġa rari: jikkomunika ħafna iżjed fuq livell emozzjonali milli fuq livell viżiv. Ix-xbieha tgħid iżjed minn elf kelma; hija metafora viżiva, li hija mwaħħla fis-sod fis-subkonxju tagħna u għalhekk hija iktar effettiva. “Inħossu” l-powster iktar milli “narawh”.
L-effikaċja tal-powster hija msaħħa għax hija ridotta għall-inqas ammont possibbli. Il-powster juża biss l-iktar kulur bażiku: l-iswed. Juża biss waħda mill-iktar forom bażiċi: ġisem il-bniedem. Ir-riżultat aħħari huwa affaxxinanti – joħloq l-aktar messaġġ uman mingħajr ma jgħid eżatt x’inhu.
Il-kuluri tal-powster huma l-iswed u l-abjad, iżda l-messaġġ tiegħu jkopri l-ispettru kollu ta’ din il-kompetizzjoni. Jirnexxilu faċilment jittraxxendi u jgħannaq fl-istess ħin il-kulturi, is-sessi u l-etajiet kollha. Huwa speċifiku daqs kemm huwa ġenerali.
IĊ-ĊERIMONJA TA’ L-GĦOTI TAL-PREMJIJIETMJIJIET
Ir-rebbieħ tal-Kompetizzjoni tal-Powster Ewropew “It-Tkissir ta’ l-Istereotipi” tħabbar fiċ-ċerimonja uffiċjali ta’ l-għoti tal-premjijiet u fil-ftuħ tal-wirja.
Data: Id-19 ta’ Ottubru 2006
Post: Berlaymont Building, il-Brussell
Fl-Esplanade quddiem Berlaymont, l-għażla ta’ l-aħjar 35 powster kienet esibita għal xahar.
Biex tara l-wirja tal-powsters fuq il-kompjuter, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.




