Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Librerija ta’ Dokumenti >Pubblikazzjonijiet ta' l-UE>2005


Content Area:

Pubblikazzjonijiet ta' l-UE 2005


Il-Każ tan-Negozju favur id-Diversità

Cover The Business Case for Diversity

Sistemi tajba fil-Post tax-Xogħol

10/2005

Għadd dejjem jikber ta' kumpaniji Ewropej qed jadottaw strateÄ¡iji  ta' diversità u ugwaljanza, mhux biss għal raÄ¡unijiet etiÄ‹i u legali iżda wkoll minħabba l-benefiċċji li mistennija jħallu. Fost l-aktar importanti minn dawn il-benefiċċji huma reklutaġġ itjeb u żamma għal aktar tul ta' impjegati minn grupp usa' ta' ħaddiema ta' kwalità għolja, dehra ahjar ghall-kumpanija, innovazzjoni akbar u opportunitajiet itjeb ta' promozzjoni tas-suq.

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1.54 MB

European Anti-Discrimination Law Review II

Cover European Law Review II

10/2005

F'din il-ħarÄ¡a:           

Artikli fuq diskriminazzjoni fuq aktar minn bazi wahda, l-ECJ u l-liġi kontra d-diskriminazzjoni u l-proċedura tas-sentenza preliminari / Aġġornamenti ta' Ġurisprudenza ta' l-ECJ u l-ECHR / Żviluppi Legali Nazzjonali / Aġġornamenti ta' Politika Ewropea

 

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1.7 MB

L-Iżvilupp tal-Liġi kontra d-Diskriminazzjoni fl-Ewropa

Cover Developing Anti-Discrimination Law in Europe

Il-25 Stat Membru Mqabblin

09/2005

In-Netwerk ta' Esperti Legali tal-Kummissjoni Ewropea fuq in-non-diskriminazzjoni xandret analiżi komparattiva ġdida ta' liġijiet kontra d-diskriminazzjoni fil-25 Stat Membru ta' l-UE - miġburin mir-rapporti komprensivi tal-pajjiżi li hi diġà pproduċiet. Ir-rapport iqabbel u jikkuntrasta l-liġijiet nazzjonali differenti, u jidentifika xejriet u aspetti komuni fl-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi. Billi jqis kull waħda mir-raġunijiet f'sekwenza u kollettivament, ir-rapport jagħti dehra ġenerali komprensiva tal-leġislazzjoni nazzjonali biex tikkumbatti d-diskriminazzjoni ma' l-UE kollha.

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1.21 MB

Rimedji u Sanzjonijiet fil-liġi non-diskriminatorja tal-KE

Cover Remedies and Sanctions

Sanzjonijiet u rimedji nazzjonali effettivi, proporzjonali u disswassivi, b'referenza partikolari għall-ogħla limiti fil-każ ta' kumpens lil vittmi ta' diskriminazzjoni  

06/2005

Dan ir-rapport jeżamina dak li l-kunċett ta' "sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u disswassivi" jitlob li Stati Membri ta' l-UE jagħmlu fl-implimentazzjoni tad-Direttivi Qafas dwar Razza u Impjiegi. Bħala sfond, ir-rapport jiddiskuti l-iżvilupp u t-tifsira tal-kunċett ta' rimedji effettivi, proporzjonali u disswassivi fil-liġi dwar l-ugwaljanza tas-sessi fil-KE (fejn għandha l-oriġini storika tagħha) u fil-liġi ġenerali tal-KE. Imbagħad jittratta r-rekwiżiti dwar rimedji taħt il-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani. Wara, ir-rapport jiddiskuti t-tifsira tal-kunċett ta' rimedji effettivi, proporzjonali u disswassivi fil-qafas speċifiku tad-Direttivi Qafas dwar Razza u Impjiegi. Taqsima finali tittratta l-ogħla limiti ta' kumpens.

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 513 KB

Ugwaljanza u non-diskriminazzjoni - Rapport Annwali 2005

Cover Annual Report

05/2005

Dan ir-Rapport ipoġġi fil-qosor l-iżviluppi fi Stati Membri u fil-livell ta’ l-UE matul l-aħħar snin fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Huwa maqsum f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti jelenka l-ħtiġijiet li hemm fid-Direttiva li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn persuni bla distinzjoni ta’ razza jew oriġini etnika u d-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni sabiex jiġi assigurat li l-Istati Membri jikkonformaw magħhom. Wara jirrevedi l-liġijiet il-ġodda u miżuri oħrajn introdotti mill-Istati Membri sabiex jiġu milħuqa dawn ir-rekwiżiti u jippreżenta xi eżempji ta’ liġijiet li huma applikati fil-prattika. It-tieni parti tar-Rapport teżamina s-sitwazzjoni tar-Roma fl-UE, li kollettivament jifformaw l-akbar minoranza etnika fl-UE. Iħares lejn xi azzjonijiet meħuda mill-UE sabiex jiġu indirizzati l-firxa ta’ l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni kontra l-komunitajiet tar-Roma madwar l-Ewropa.

Iddawnlowdja pdf 856 KB

 

European Anti-Discrimination Law Review I

Cover European Law Review I

04/2005

F'din il-ħarÄ¡a:          

Artikli fuq id-direttivi dwar id-diskriminazzjoni, l-indipendenza ta' Korpi ta' Ugwaljanza u n-Netwerk Ewropea ta' Esperti Legali /  Aġġornamenti ta' Ä urisprudenza ta' l-ECJ u l-ECHR / Å»viluppi Legali Nazzjonali / Aġġornament ta' Politika Ewropea

 

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1.3 MB

Diskriminazzjoni minħabba età u l-Liġi Ewropea

Cover Age discrimination and European law

04/2005

Differenzi ta' trattament bejn individwi jew gruppi individwali għal raÄ¡unijiet ta' età bbażati spiss fuq assunzjonijiet Ä¡enerali jew stereotipi każwali. Meta individwi huma suġġetti għal diskriminazzjoni b'riżultat ta' dawn l-istereotipi, id-dritt fundamentali tagħhom għal rispett tad-dinjità umana hu miksur, billi huma jiċċaħħdu minn trattament u rispett ugwali. Din id-diskriminazzjoni ma tħallix ukoll gruppi ta' eta żvantaġġjata jipparteÄ‹ipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol.    

Parti I - Età u d-direttiva qafas dwar l-ugwaljanza     

Parti II - Diskriminazzjoni diretta u indiretta     

Parti III - Limitazzjonijiet u derogi

 

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 694 KB

Drittijiet Ugwali fil-Prattika - Key Voices 2005

Cover Equal Rights in Practice 2005

03/2005

Is-suġġett ta' "aċċess għall-ġustizzja" hu kruċjali fil-qasam tan-non-diskriminazzjoni. Aħna lkoll nittamaw li nkunu ttrattati fuq il-bażi tal-merti tagħna, iżda jekk ma nkunux x'nistgħu nagħmlu dwar dan? Liġijiet li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni ma jiswewx jekk in-nies m'humiex kapaċi, fil-prattika, jinfurzaw id-drittijiet tagħhom.

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1.4 MB

Il-Projbizzjoni tad-Diskriminazzjoni taħt il-Liġi Ewropea tad-Drittijiet Umani

Cover Prohibition report

02/2005

Rilevanza għad-Direttivi ta' l-UE dwar Ugwaljanza Razzjali u fl-Impjiegi. Ir-rapport joffri dehra ġenerali tal-ħarsien minn diskriminazzjoni taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar Drittijiet Umani u l-Karta Soċjali Ewropea 1961 u wkoll il-Karta Soċjali Ewropea Riveduta 1996, li huma t-trattati ewlenin tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar drittijiet umani. Ir-rapport jipprova jidentifika aspetti ta' dak il-ħarsien li jistgħu jinfluwenzaw il-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni pendenti fir-rigward tad-Direttiva 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika u fir-rigward tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjiegi u okkupazzjoni.

 Iddawnlowdja pdf (ingliża) 1,3 MB

L-Ewropa hemm bżonn li tagħmel użu aħjar tal-ħaddiema anzjani tagħha, tgħid il-Kummissjoni

Cover Age Report

03/2004

F’dokument ta’ politika maħruġ fit-3 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni Ewropea teżamina kif l-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel użu aħjar tal-potenzjal tal-ħaddiema anzjani tagħha. Il-kunċett li l-anzjani għandhom jibqgħu attivi hi parti importanti mill-istrateġija ta’ kif se jintlaħaq l-għan imħabbar ta’ l-Unjoni Ewropea li sa l-2010 xogħol ikun hemm aktar u aħjar. Kien hemm ftehim dwar il-mira li jiżdied ir-reklutar ta’ ħaddiema anzjani fis-suq tax-xogħol, iżda l-progress miexi bil-mod. Il-Kummissjoni hi mħassba b’mod partikolari mill-iskemi ta’ l-irtirar kmieni.

Iddawnlowdja pdf 264 KB