Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Il-Kampanja>Kampanja 2006


Content Area:

Campaign impressions 2006

Il-Vjaġġ tat-Trakk 2006

F’Awissu 2006, it-Trakk Stop-Discrimination isfar telaq mill-ġdid fi triqtu biex isaħħaħ il-kampanja ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni. Biex ifakkar il-Presidenza Finlandiża ta’ l-UE, il-vjaġġ ta’ dis-sena beda f’Ħelsinki fejn ċerimonja uffiċjali bagħtet il-vettura li tiżen 30 tunnellata għall-vjaġġ li żar 22 belt fi 13-il pajjiż. Il-vjaġġ ta’ l-2006 kien indirizzat l-aktar għaż-żgħażagħ bil-għan li jinfurmahom fuq id-drittijiet tagħhom għall-ugwaljanza skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE meta jkunu jridu jidħlu għall-impjiegi, l- edukazzjoni u t-taħriġ. Tul il-vjaġġ ta’ erba’ xhur, it-Trakk żar fieri, jiem universitarji tal-karrieri, festivals taż-żgħazagħ u kumpanji bl-iskop li jkattar l-għarfien tal-benefiċċji ta’ ambjent tax-xogħol ħieles mid-diskriminazzjoni. Kull waqfa kellha attivitajiet bħal diskussjonijiet madwar mejda, gruppi ta’ ħidma fuq id-diversità fil-post tax-xogħol, seminars f’universitajiet u parks mobbli għat-turija tal- ħiliet.

Fil-vjaġġ tiegħu għall-2006 it-Trakk Informattiv ta’ l-UE “Favur id-Diversità. Kontra d-Diskriminazzjoni” għamel total ta 10,790 kilometru madwar il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Ġermanja, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Italja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Olanda, u r-Renju Unit. F’Novembru t-Trakk temm il-vjaġġ b’waqfiet fi Franza u Spanja.

 


Photos: Truck Tour


Premju għall-Ġurnalist 2006

Il-Premju għall-Ġurnalist “Favur id-Diversità. Kontra d-Diskirminazzjoni” 2006 inkoraġġixxa ġurnalisti ta’ l-istampa u l-internet biex jaħsbu u jiktbu fuq kwistjonijiet ta’ diversità u diskriminazzjoni fis-soċjetà Ewropea. Premju speċjali ngħata l-ewwel darba lil kittieba jew ġurnalisti żgħażagħ li kitbu fuq is-suġġett tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità.

Professjonisti tal-midja u esperti kontra d-diskriminazzjoni mill-25 Stat Membru ta’ l-UE għażlu l-25 rebbieħa nazzjonali tal-premju. Il-qasam ta’ 568 sottomissjoni validi kien akbar minn dak ta’ l-2005 u għal darb’oħra l-artikli sottomessi kienu ta’ kwalità għolja ħafna. Il-ġuriji nazzjonali għażlu wkoll total ta’ 15-il nominat għall-premju speċjali għall-ġurnalist żagħżugħ, li kien marbut mal-kompetizzjoni ta’ l-2006.

Ir-rebbieħa fost l-UE kollha tal-Premju għall-Ġurnalist 2006 tħabbru f’ċerimonja ta’ l-għoti tal-premju fi Brussell fis-16 ta’ April. Vladimír Špidla, il-Kummissarju għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs ippreżentat il-premjijiet lir-rebbieħa. L-ewwel premju, magħżul minn kważi 600 sottomissjoni, ingħata lill-ġurnalista Taljan Fabrizio Gatti għall-artiklu kommoventi tiegħu “Kont Ilsir f’Puglia” li jiddeskrivi s-sitwazzjoni mill-aktar diffiċli li jaffrontaw ħaddiema barranin fl-Italja tan-Nofsinhar. It-tieni premju mar għand Miklós Hargitai mill-Ungerija, u t-tielet ingħata lil Petra Sjouwerman mill-Belġju. Il-Premju Speċjali għall-Ġurnalist Żagħżugħ ingħata lil Henna Helne mill-Finlandja.

 

 

Photo: prize ceremony

Il-Kompetizzjoni għall-Powster 2006

F’Ottubru il-Kompetizzjoni għall-Powster “Inkissru l-Istereotipi” waslet fi tmiemha u Ms Aleksandra Woldańska minn Poznań fil-Polonja kienet ir-rebbieħa. Il-powster tagħha “Flimkien” tqies mill-ġurija internazzjonali ta’ esperti ta’ l-arti u d-disinn bħala l-aħjar deskrizzjoni ta’ diversità minn fost il-ħafna sottomissjonijiet fantastiċi li daħlu għall-kompetizzjoni. Ms Woldańska, l-università tagħha u dawk fost sħabha li kienu fil-lista qasira ta’ kompetituri kienu onorati fid-19 ta’ Ottubru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni f’ Berlaymont, il-Bini tal-Kummissjoni fi Brussell. Il-35 sottomissjoni fil-lista l-qasira ntwerew f’esibizzjoni quddiem il-bini..

Il-kompetizzjoni “Inkissru l-Istereotipi” kienet maħsuba biex tinkoraġġixxi żgħażagħ madwar l-Ewropa biex jidħlu b’mod kreattiv fis-suġġett tad-diversità. Aktar minn 750 student minn istituzzjonijiet ta’ l-arti u d-disinn daħlu għall-kompetizzjoni biex jesprimu x’iħossu fuq dan is-suġġett. Il-kompetizzjoni kienet maħsuba wkoll biex toħloq djalogu – skambju reċiproku ta’ ideat ma’ żgħażagħ Ewropej –u ħafna ħadu din l-opportunità biex jesprimu l-fehmiet tagħhom.

 

SMEs mill-Ewropa kollha jinvolvu ruħhom biex jippromwovu l-benefiċċji tad-diversità

Fid-29 u t-30 ta’ Settembru Ċipru laqa’ l-Konferenza Ewropea fuq il-Benefiċċji tad-Diversità u l-Inklużjoni għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs). 120 parteċipant kienu preżenti biex jgawdu mill-esperjenza ta’ kelliema minn madwar l-UE kollha. Id-Delegati kienu jinkludu multiplikaturi u membri ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu ma’ l-SMEs, kif ukoll rappreżentanti ta’ kumpaniji individwali u rappreżentanti magħżulin ta’ NGOs u Ministeri.


Il-parteċipanti kellhom l-okkażjoni jiddiskutu fil-fond il-kwistjonijiet ta’ aspetti ta’ anti-diskriminazzjoni u diversità fi gruppi ta’ ħidma interattivi. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isfidi ta’ l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ diversità f’SMEs. Tul il-konferenza kien hemm ukoll aċċess għal pariri prattiċi f’forma ta’ studji ta’ każijiet ta’ prattika tajba, kif deher minn varjetà ta’ kelliema u gwida fuq kif wieħed jittratta din il-problema fl-ambjent speċjali ħafna ta’ l-SMEs.

 

Photo: run for diversity

Impjegati u impjegaturi jiġru għad-diversità

Attività oħra fl-2006 li rnexxiet kienet il-Ġirja għad-Diversità organizzata mill-kampanja. Fl-a]]ar ta’ Marzu l-ewwel ġirja tas-sena saret bil-Maratona Internazzjonali tal-Belt ta’ Ruma. Grupp ta’ ċiklisti impenjati favur id-diversità bdew il-ġirja tagħhom lebsin il-flokk isfar tal-kampanja. It-tieni ġirja għad-diversità saret fil-Maratona ta’ Toruń fil-Polonja f’April. Aktar minn 250 atleta ddedikaw is-sehem tagħhom lill-messaġġi tal-kampanja u għamlu dikjarazzjoni kontra d-diskriminazzjoni billi libsu l-flokkijiet tal-ġiri sofor ileqqu tal-kampanja.


Ġirjiet oħra għad-diversità fir-rebbiegħa ta’ l-2006 saru fil-Belġju, il-Latvja u l-Ġermanja.  B’kollox, aktar minn 1,500 ruħ ħadu sehem fil-ġirjiet bil-motto tal-kampanja.  Appoġġ tassew speċjali ngħata minn 464 impjegat ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej fl-“20 km de Bruxelles”, inkluża l-Kummissarju ta’ l-UE Vladimir Špidla.

 

Spot ġdid ta’ l-UE għad-diversità fuq l-MTV
F’Ġunju 2006, il-kampanja ġdida ta’ riklami ppromwoviet l-inizjattiva “Favur id-Diversità. Kontra d-Diskriminazzjoni” fuq l-MTV, l-akbar kanal taż-żgħażagħ fid-dinja. L-ispot ta’ 30 sekonda, film collage ta’ l-aħjar ritratti sottomessi għall-Kompetizzjoni tar-Ritratti tad-Diversità UE/MTV, intwera għal erba’ ġimgħat fuq l-MTV Europe Network kollu.


B’dan l-ispot, il-kampanja kontra d-diskriminazzjoni laħqet liż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha biex tqajjem għarfien fuq l-importanza tal-promozzjoni tad-diversità. L-ispot jiċċelebra d-diversità bħala parti siewja u eċċitanti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum.

II-Kompetizzjoni tar-Ritratti UE/MTV kienet fuq il-websajts Ewropej mill-10 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Jannar 2006 u xxandret f’sensiela ta’ TV spots fuq l-MTV. Total ta’ 1,600 sottomissjoni daħlu minn madwar l-Ewropa kollha.

 

 


Photos: MTV spot for diversity



Materjal tal-Kampanja

Għodda ġdida ta’ informazzjoni mill-2006 ’l hawn hija l-Leporello, folja żgħira tiltewa f’21 lingwa ddisinjata apposta għaż-żgħażagħ. Din tirrappreżenta għodda komplementari għall-kards promozzjonali tal-kampanja u fiha kwizz u aktar materjal informattiv li joffri sfond fuq il-kampanja. Dan il-fuljett li jingħata b’xejn hu mfassal apposta għaż-żgħażagħ; għandu l-forma ta’ kard tan-negozju u jista’ jinfetaħ bħal mappa; fih ukoll  informazzjoni u kwizz fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-diversità u ma’ l-anti-diskriminazzjoni.