Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Attivitajiet u Avvenimenti>Konkors Fotografiku Breaking Stereotypes>Rebbieħ u l-Gallerija


Content Area:


Premjijiet li jiswew € 9,000

Billi jieħdu sehem fil-konkors, il-parteċipanti ngħataw l-opportunità li jirbħu l-premju ta’ l-ewwel post li jiswa € 3,000, il-premju tat-tieni post li jiswa € 2,000 jew il-premju tat-tielet post li jiswa € 1,000. L-unika kondizzjoni kienet dik li l-flus tal-premju jridu jintefqu fuq oġġett relatat ma’ l-istudji tagħhom. Aktar minn hekk, għall-appoġġ tagħhom, l-università jew kullegg fejn jattendi r-rebbieħ ta’ l-ewwel post rebħu € 3,000 addizzjonali.

Tħabbira tar-rebbieħ

Student tal-fotografija mill-Polonja ntgħażel minn aktar minn fost 600 student minn madwar l-UE bħala r-rebbieħ tal-premju tal-Konkors Fotografiku Breaking Stereotype ta’ l-Unjoni Ewropea. Krzysztof Gołuch, mill-magħruf Istitut Ċek tal-Fotografija Kreattiva ta’ l-Università ta’ Silesian f’Opava, impressjona l-imħallfin bit-tpinġija tiegħu ta’ raġel li qiegħed jixjieħ f’siġġu tar-roti jiffaċċja sular taraġ, metafora li tqanqal ħsieb għal ħafna barrieri u forom ta’ diskriminazzjoni li jiffaċċjaw in-nies fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Nora Krauss, studenta Ġermaniża f’Berliner Technische Kunstschule, ħadet it-tieni premju, u Maja Kurant, ukoll studenta Pollakka mill-Università ta’ Gdansk, intgħażlet għat-tielet premju. Wirja ta’ l-aħjar ritratti qiegħda ddur l-Ewropa bħalissa. Bdiet din il-ġimgħa fi Brussell, fejn ir-ritratti qegħdin jintwerew f’wirja miftuħa quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni tal-ġurija

Photo: “B’diżabilità- il-fdalijiet tal-jum” minn Krzysztof Goluch

L-Ewwel premju: “B’diżabilità- il-fdalijiet tal-jum” minn Krzysztof Goluch

Ma’ l-ewwel daqqa ta’ għajn, ir-ritratt rebbieħ iqanqal sentiment ta’ solitudni profonda u sens ta’ wieħed li ma jista’ jagħmel xejn. Huwa dan is-sentiment bażiku u vojt li jiġbed lil min jarah lejn dan ir-ritratt. Filwaqt li juri aspetti ta’ diskriminazzjoni bħall-età u d-diżabilità, ir-ritratt għeri, iswed u abjad għandu impatt dejjiemi fuq dak li jarah kemm fuq livell viżwali u kemm fuq livell emozzjonali. Ir-ritratt joħloq riflessjoni filwaqt li jibgħat messaġġ sempliċi iżda qawwi: jinkuraġġixxi lil dawk li jarawh sabiex jitkellmu u jieqfu lid-diskriminazzjoni.

Photo: “Sinteżi” minn Nora Krauß

It-tieni premju: “Sinteżi” minn Nora Krauß

It-tieni rebbieħa ntgħażlet mill-ġurija għat-teknika impressjonanti applikata mill-fotografu flimkien mal-metodu li jinterpreta b’mod  miftuħ ħafna s-suġġett tal-kompetizzjoni. L-immaġni turi indana taraġ b’ħafna nies u tagħti sentiment ta’ stress u tensjoni. L-uniku element  statiku fir-ritratt huwa ż-żagħżugħ fiċ-ċentru li jisboq l-istorbju u l-kaos ta’ madwaru. Huwa jirrappreżenta taħlita tad-diversità li tidher fi kwalunkwe belt Ewropea llum, fejn il-popolazzjonijiet huma magħmula minn nazzjonalitajiet, etniċitajiet, twemmin u reliġjonijiet differenti. L-immaġni jirnexxilha, bla ħafna sforz, turi d-diversità bħala norma.

Photo: “Divers... allura?” minn Maja Kurant

It-tielet premju : “Divers... allura?” minn Maja Kurant

Dak li ġie t-tielet, collage ta’ ritratti, intagħażel minħabba r-rappreżentazzjoni friska, unika u pożittiva tad-diversità. L-individwi minn sfond differenti jiffurmaw taħlita ta’ kulturi, li jirriflettu b’mod adegwat in-natura eteroġenika tas-soċjetajiet ta’ llum madwar l-Istati Membri ta’ l-UE kollha. L-idea tagħha, li tqanqal il-ħsieb, twassal messaġġ qawwi: id-differenzi tagħna bħala individwi jagħmluna entità waħda aktar b’saħħitha.

Gallery

Please click on the image to view enlarged version.


"Love Difference" by Andrea Fronzetti from Universit degli Studi di Roma Tor Vergata, Italy.


"All the same" by Jennifer Koller from HTL Ortweinschule, Austria.


"Bader-Adama-Arestid-Mehdi" by Angelos Balatsas-Lekkas from T.E.I. of Western Macedonia, Greece.


"Punk love" by Luiza Puiu from Casa de Cultura a Studentilor, Romania.


"Warmth, trust and safety" by Ulf Blanke from Technische Universitt Darmstadt, Germany.


"The bus" by Natalie Peeters from Karel de Grote Hogeschool, Belgium.


"African Spiderman Glasgow" by Johnny McLauchlan from Metropolitan College, United Kingdom.


"Wise" by Gbor Erdlyi from Vraa Hojskole, Hungary.


"The colour diversity" by Pter Mcs from Simonyi Kroly Szakkzpiskola s Szakiskola, Hungary.


"Breaking stereotypes" by Soeren Malmose from Danish picturemedia School, Denmark.


"Different" by Lucian Enasoni from Facultatea de Arte Timisoara, Romania.


"Zip" by Javier Francisco Orta from Escuela de Arte Len Ortega, Spain.


"Girls with scarfs also play football" by Bjrn Stig Hansen from Danmarks Journalisthjskole, Denmark.


"Disabled - remains of the day" by Krzysztof Goluch from The Institute of Creative Photography at Silesian University in Opava, Czech Republic, Poland. [1st Place winner]


"Luna and Hongtao's wedding" by Yang Xu from Koninklijke Academie voor Schone Kunsten, Hogeschool Gent, Belgium.


"Day for woman" by Marcin Gralski from Akademia Sztuk Pieknych, Poland.


"Diversity" by Mar Gasc Sabina from Facultad de Bellas artes de Sevilla, Spain.


"black&white" by Claudia Otten from Fotovakschool, Netherlands.


"untitled" by Ewa Ruschkowski from Kunstakademie Wroclaw, Poland.


"Anchorless" by Stella Schwendner from Lette-Verien, Germany.


"Diversity & equality" by Iga Zatorska from Uniwersytet Kardynala Stefana Wyszynskiego, Poland.


"Flower" by Elzbieta Ostrowicka from Akademia Sztuk pieknych, Poland.


"My best friends" by Johan Strindberg from Fotoskolanky Gamleby, Sweden.


"Human beauty and transition in grey" by Blanca Vazquez from Elisava Escuela Superior de Diseo, Spain.


�Painting with a difference� by Christopher Azzopardi from Malta photographic society, Malta.


"Synthesis" by Nora Krau from Berliner Technische Kunstschule, Germany. [2nd Place winner]


"All different, all equal" by Elizabete Rancane from JRRMV, Latvia.


"Are you supporting me?" by Serena Maroni from Accademia di Belle Arti di Brera, Italy.


"Just breaking stereotypes" by Christoph Schnbck from Universitt fr angewandte Kunst, Wien, Austria.


"Neighbours in Athens, Greece" by Sevi Papadopoulou from TEI Athinas - tmima fotografias, Greece.


"Bond" by Markus Joutsela from Lapin Yliopisto, Finland.


"We, the People" by Jan Kielczewski from Dublin Institute of Technology, Ireland.


"Diverse...so what ?" by Maja Kurant from University of Gdansk, Poland. [3rd Place winner]


"Signs" by Anita Jazwiec from ASP w Katowicach, Poland.