Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Attivitajiet u Avvenimenti>Konkors Fotografiku Breaking Stereotypes


Content Area:

Il-Konkors

Il-kampanja ta’ informazzjoni ta’ l-UE ‘Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt’ stiednet studenti tal-fotografija, l-arti u d-disinn minn madwar l-UE biex jagħmlu dikjarazzjoni kreattiva favur id-diversità billi jipparteÄ‹ipaw fil-Konkors Fotografiku “Breaking Stereotypesâ€. L-istudenti ntalbu li joħolqu ritratt jew collage ta’ ritratti li jippromwovu d-diversità u li jappellaw għal udjenza żagħżugħa.

Ä urija internazzjonali ta’ fotografi, artisti żgħażagħ u esperti magħrufa fil-qasam tad-disinn u l-komunikazzjoni għażlu l-aħjar ritratti. Il-kontribuzzjonijiet kienu ġġudikati skond il-kreattività u l-oriÄ¡inalità tagħhom, u wkoll skond l-appell universali Ewropew. 

Il-konkors kien miftuħ għal studenti tal-fotografija, l-arti, id-disinn grafiku, id-disinn tal-komunikazzjoni, il-komunikazzjoni viżwali, id-disinn għall-istampa u dixxiplini oħra relatati. Il-parteċipanti kellhom ikunu reġistrati ma’ akkademja, università jew kulleġġ f’wieħed mis-27 Stat Membru ta’ l-UE. Sottomissjonijiet individwali u wkoll ta’ tim, sa tliet studenti, kienu permessi.

Kalendarju Konkors Fotografiku

Cover: Breaking Stereotypes Photo Competition calendar

Sabiex tiddawnlowdja l-kalendarju tal-Konkors Fotografiku Breaking Stereotypes hawnhekk, inklużI l-profili tal-membri tal-ġurija, dikjarazzjonijiet tar-rebbieħa u l-ġurija u 12-il folja kalendarja bir-ritratti magħżula.