Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Stampa>Orjentazzjoni Sesswali


Content Area:


Sexual Orientation


[13.01.2006] – Gejs u Leżbjani fl-Ingilterra ma jistgħux jikxfu s-sesswalità tagħhom fuq ix-Xogħol

Il-gejs id-dar, imma mhux fuq ix-xogħol. Reċentement fl-Ingilterra l-persuni gej bdew iżuru l-uffiċċji tar-reġistri lokali tagħhom biex jgħidu ‘Jien nista’’. Imma meta jkunu onesti mal-kollegi-ħaddiema tagħhom u juruhom li huma gej, sa nofshom jgħidu ‘Jien ma nistax’. Riċerka ġdida turi għaliex.

 Iddawnlowdja pdf 9,7 KB

Sors: http://www.outnowconsulting.com/

Il-Każ tan-Negozju għad-Diversità

Cover The Business Case for Diversity

Prattiki Tajbin fuq il-Post tax-xogħol

Ottubru 2005

In-numru dejjem jiżdied ta’ kumpaniji Ewropej qed jadottaw strateġiji għad-diversità u l-ugwaljanza, mhux biss għal raġunijiet etiċi u legali imma wkoll għall-benefiċċji tan-negozju li jkunu mistennija jagħmlu. Fost l-aktar benefiċċji importanti hemm it-titjib fir-reklutaġġ ta’ l-impjegati u d-detenzjoni minn aktar ħaddiema ta’ kwalità għolja, dehra korporattiva mtejba u reputazzjoni aqwa, innovazzjoni akbar u titjib fl-opportunitajiet tas-suq.

 Iddawnlowdja pdf 1.54 MB

Il-Panel bi Prova dwar in-Negozju Ewropew: Ir-riżultati tal-konsultazzjoni fuq id-diversità fuq il-post tax-xogħol u l-anti-diskriminazzjoni

Waslu 798 risposta

Liema minn dawn l-oqsma tad-diversità/bażi tad-diskriminazzjoni tindirizza l-politika tad-diversità tiegħek?

Ä eneru 42.3%
Età 39.1%
Nazzjonalità 32.6%
Diżabilità 31.1%
Oriġini Razzjali jew Etnika 30.4%
Reliġjon jew twemmin 25.3%
Lingwa 19.2%
Orjentazzjoni sesswali 18.7%
Oħrajn 5%

Il-kumpanija tiegħek tagħmel xi miri speċifiċi tad-diversità għar-reklutaġġ u l-promozzjoni ta’ l-istaff mill-gruppi inqas rappreżentati?

Le 56.5%
Iva 11.3%

Jekk jogħġbok speċifika dawn il-gruppi fil-mira:

Ä eneru 6.2%
Età 4.7%
Diżabilità 3.5%
Oriġini razzjali jew etnika 3.0%
Nazzjonalità  2.7%
Lingwa 1.9%
Reliġjon jew twemmin 1.5%
Orjentazzjoni sesswali 0.6%
Oħrajn 0.2 %

Nippromwovu l-Ugwaljanza fuq il-Post tax-xogħol

Logo ILGA

F’din il-preżentazzjoni, Patricia Prendiville, direttriċi eżekuttiva ta’ l-Ilga, tagħti konsulenza prattika fuq kif tista’ tkun evitata d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u tuża eżempji minn każ ta’ studju li sar minn kumpaniji magħrufa biex tiuri kif tista’ tkun implimentata politika u kif jinbidlu l-attitudnijiet.

 Iddawnlowdja ppt 79 KB

Il-preżentazzjoni minn ILGA fil-Konferenza Ewropea “Prattiki Tajbin fuq il-Post tax-Xogħol†(Brussell, 28.-29.11.2005)

Nidderivaw il-Benefiċċju tan-Negozju mid-Diversità fuq il-Post tax-xogħol

Preżentazzjoni ta’ l-Ilga, Frar 2005

Din il-preżentazzjoni ta’ Patrica Prendiville, direttriċi eżekuttiva ta’ l-Ilga, tagħti ħarsa ġenerali fuq id-direttivi ta’ l-Istruttura, it-transpożizzjoni tagħhom u ħarsa ġenerali lejn x’inhu kopert mil-leġislazzjoni u dak li mhuwiex kopert.

 Iddawnlowdja ppt 71 KB

Il-persuni straight ma jgħidux, hux hekk?

Ninnegozjaw il-konfini tas-sesswalità u l-ġeneru fuq ix-xogħol

Novembru 2004

Dan l-istudju komprensiv mill-Finlandja, jippreżenta stampa dettaljata tas-sitwazzjoni ta’ l-omosesswali u l-bisesswali fl-Iżvezja u l-Finlandja. Jidħol fid-dettall fil-leġislazzjoni eżistenti biex tħares lill-individwi LGBT imma juri wkoll ir-realtà li jaffaċċjaw l-omosesswali – fil-familja, fuq il-post tax-xogħol u fil-ħajja pubblika.

Ugwali, Miftuħ, u Sigur fuq ix-Xogħol fil-Litwanja

Kwistjonijiet u Perspettivi tar-Riċerka

Din il-preżentazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attitudnijiet li jaffaċċjaw l-omosesswali fil-Litwanja, u tikxef tolleranza baxxa min-naħa tas-soċjetà Litwana lejn dawn il-persuni u perċezzjoni negattiva lejhom fost il-membri tal-familji tagħhom stess.

 Iddawnlowdja ppt 300 KB

Nilħqu l-Isfida ta’ l-Ilħuq

Image: Statistics - Have you been harassed?

Is-servejs ta’ l-ILGA fuq id-Diskriminazzjoni ta’ l-Orjentazzjoni Sesswali f’pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2004

Dan ir-rapport hu studju komparattiv ta’ rapporti nazzjonali miktuba f’għaxar pajjiżi, li disgħa minnhom huma stati membri ġodda u wieħed (Ir-Rumanija) hu kandidat għall-adeżjoni fl-UE.

Skond ir-rapport, hi biss minoranza żgħira tal-kontributuri li tħossha sigura turi pubblikament l-affezzjoni lejn sħabha f’kull sitwazzjoni. Sewwasew il-proporzjoni tal-kontributuri li tħoss li hi neċessarja li tevita turi l-affezzjoni pubblikament, kultant jew dejjem, tvarja minn 70% għal 90%, skond il-pajjiż. Madankollu, minkejja li ħafna jaħbu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, il-livell esperjenzat ta’ fastidju mill-kontributuri hu għoli – 52% fil-Litwanja, 50.5% f’Malta u 50% fil-Polonja

 Iddawnlowdja pdf EN 277 KB

Rapport fuq id-diskriminazzjoni bbażat fuq l-orjentazzjoni sesswali fil-Polonja għall-2002

Dan ir-rapport sar fl-2002 u fih 425 risposta. Fost dawk mistoqsija, 12.2% esperjenzaw vjolenza fiżika – l-aktar fil-forma ta’ swat, insulenti u daqqiet ta’ sieq. F’75% tal-każijiet ta’ vjolenza fiżika, il-vittma ma infurmax/infurmatx lill-pulizija. Il-vjolenza psikoloġika kienet esperjenzata minn 31.5% tal-kontributuri u 8% rrapurtaw diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

 Iddawnlowdja pdf 2002 (Polish) 2,61 MB

Diskriminazzjoni minħabba l-Orjentazzjoni Sesswali fil-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja

Image: Graph - Concealment of Sexual Orientation in Lithuania

Dan ir-rapport hu bbażat fuq ir-riċerka fid-diskriminazzjoni ta’ l-orjentazzjoni sesswali fl-Istati l-Membri l-ġodda. Il-proġett ta’ riċerka sar fi tliet fażjiet u jkopri lill-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, lil Malta u s-Slovakkja.

Ir-rapport sar bejn is-sajf ta’ l-2001 u Settembru ta’ l-2002 u jkopri oqsma bħall-attitudni tal-ħbieb, tal-familja u l-kollegi, il-ħarġa, il-fastidju, il-qtil ta’ mibegħda u l-omofobija fil-post tax-xogħol.

Wieħed mill-aktar riżultati xokkanti fil-Litwanja kien li minkejja li 15% tal-kontributuri qalu s-sesswalità tagħhom x’inhi, 4% ffaċċjaw theddida ta’ tkeċċija mix-xogħol minħabba l-preferenza sesswali tagħhom. 6% oħra rrappurtaw li kienu mkeċċija jew sfurzati jitilqu x-xogħol minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

 Niżżel il-graff “Il-Ħabi ta’ l-Orjentazzjoni Sesswali fil-Litwanja"

 Niżżel il-graff " L-Awturi ta’ l-Attakki kontra l-Omosesswali fil-Litwanja"

 Niżżel il-graff “Forma ta’ Fastidju fuq ix-Xogħol fil-Latvja"

Il-graffs kollha ttieħdu minn "Sexual Orientation Discrimination in Lithuania, Latvia and Estonia"

 Iddawnlowdja pdf EN 458 KB

Każ ta’ Studju Latvjan

Il-link ta’ hawn taħt għall-Politika jkopri kawża kontra skola minn qassis gej u psikoloġist. Il-qassis emmen li hu kien rifjutat mill-pożizzjoni ta’ għalliem abbażi tas-sesswalità tiegħu. B’żieda ma’ dan, akkuża lill-iskola talli impjegat persuna li ma kinitx kwalifikata minflok impjegat lilu.

Għal aktar informazzjoni, agħfas hawn.

Rapport ta’ l-2001 – Fuq id-diskriminazzjoni u l-intolleranza minħabba l-orjentazzjoni sesswali fil-Polonja

Image: Graph - Have you ever experienced physical violence?

Dan ir-rapport kien ippreparat mill-Assoċjazzjoni Lambda Warszawa u mill-Kampanja Kontra l-Omofobija, u parti mill-materjal kienet ippreparata mir-Reġjun Ewropew ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Leżbjani u l-Gejs (ILGA Europe). Ir-Rapport għandu l-għan li jippreżenta s-sitwazzjoni ta’ l-omosesswali, il-bisesswali u tat-transġeneri fil-Polonja f’oqsma varji tal-ħajja b’attenzjoni speċjali fuq il-fenomenu tad-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol.

Minn fost is-632 kontributur li wieÄ¡bu, naraw li l-vjolenza  fiżika kontra l-persuni omosesswali hi l-aktar tip ta’ diskriminazzjoni li tidher – b’14.2% ta’ dawk mistoqsija qalu li esperjenzawha. Ta’ tħassib hu l-fatt li aktar minn terz (34.2%) ta’ dawk li wieÄ¡bu esperjenzaw vjolenza psikoloÄ¡ika – f’ħafna każi l-vjolenza psikoloÄ¡ika ħadet il-forma ta’ attakki verbali, theddid u rikatt.

 Niżżel il-graff “Qatt esperjenzajt vjolenza fiżika?"

 Niżżel il-graff “Qatt kont suġġett ta’ abbuż mentali"?

Il-graffs kollha meħudin minn "Report 2001 – On discrimination and intolerance due to sexual orientation in Poland"

Il-kampjun tas-servej kien kif ġej:

  • • 632 kwestjonarju
  • • 359 (56.8%) tal-kontributuri kienu rÄ¡iel u 216 (34.2%) kienu nisa u 7 (1.1%) kienu transÄ¡eneri

 Iddawnlowdja pdf EN (2001) 246 KB

Stonewall tniedi Starting Out – l-ewwel gwida nazzjonali ta’ l-Ingilterra għar-reklutaġġ tal-gejs

Stonewall nediet Starting Out, l-ewwel gwida nazzjonali għar-reklutaġġ tal-leżbjani u l-gejs fl-Ingilterra. Din il-gwida; iddisinjata għall-gradwati attenti u għal dawk li qed ifittxu xogħol, hi mmirata għall-150,000 studenta leżbjana jew gej fl-Ingilterra.

Tqassmu 10,000 kopja fuq il-karta ta’ Starting Out lill-unions studenteski, lis-servizzi għall-karrieri universitarji, lill-aġenziji ta’ l-impjieg u lill-għaqdiet tal-leżbjani u l-gejs madwar l-Ingilterra. Il-gwida tinsab f’www.stonewall.org.uk/students

Stephen Frost, Kap għall-programmi tal-post tax-xogħol ta’ Stonewall, qal: “L-impjegaturi li jaħdmu ma’ Stonewall qed ifittxu li jattiraw l-aqwa talenti u ħiliet. L-organizzazzjonijiet imniżżla fi Starting Out huma kapaÄ‹i li jilħqu swieq Ä¡odda bl-ingaġġ potenzjali ta’ leżbjani u gejs.â€

“Qed ikollna x’naqsmu dejjem ma’ aktar studenti li jridu jaħdmu xi mkien fejn l-orjentazzjoni sesswali tagħhom ma tkunx ta’ xkiel għall-iżvilupp tal-karriera tagħhom,†qal Frost. “L-impjegaturi inklużi fi Starting Out jafu li meta jippromwovu ruħhom lill-aqwa u l-aktar gradwati intelliÄ¡enti juru tmexxija serja li tgħinhom jibqgħu maqtugħa minn din il-logħba.â€

Sam Clark, Kap tad-Diversità f’Accenture, wieħed mid-79 impjegatur ewlieni msemmija fi Starting Out, qal: “Aħna kuntenti li ninsabu inklużi f’din l-ewwel gwida għar-reklutaġġ tal-leżbjani u l-gejs ta’ Stonewall. Dan il-fatt jagħtina Ä‹-Ä‹ans li npoġġu lill-Accenture fost it-talent il-Ä¡did li qed jikber.â€

L-attwarji tat-Teżor issa qed jistmaw li sitta fil-mija tal-popolazzjoni adulta hi leżbjana jew gej. Il-ħaddiema fl-Ingilterra bħalissa jammontaw għal 28.4 miljun.

Riċerka li saret fil-postijiet tax-xogħol uriet li 36% tal-gejs impjegati se jibdlu l-karriera tagħhom minħabba d-diskriminazzjoni kontinwa, u li wieħed minn tlieta jostru l-orjentazzjoni sesswali tagħhom mill-impjegaturi u l-kollegi-ħaddiema tagħhom. Madankollu, iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Soċjali ta’ l-Istati Uniti stabbilixxa li ħaddiema li ma jiddejqux juru li huma gej f’ambjenti siguri tax-xogħol jistgħu jimxu ’l quddiem u jaqilgħu 50 fil-mija aktar mill-kontropartijiet tagħhom li ma jurux.

Il-lista taċ-Champions tad-Diversità ta’ Stonewall tinkludi lill-

  • Accenture
  • BBC
  • Bedfordshire Police
  • British Airways
  • Citigroup
  • Crown Prosecution Service
  • Deutsche Bank
  • GlaxoSmithKline plc
  • Goldman Sachs
  • HSBC Bank plc
  • JPMorgan  
  • Kent County Council
  • Merrill Lynch
  • Morgan Stanley
  • PricewaterhouseCoopers 
  • Royal Mail Group
  • Royal Navy
  • Sainsbury's
  • Thames Valley Police
  • Tower Hamlets Council
  • Transport for London  

Sors: http://www.stonewall.org.uk/

Il-linji-gwida ta’ Stonewall għall-Impjieg

Image: The Employment Equality (Sexual Orientation) Regulations Guidelines for Employers

L-Ugwaljanza fl-Impjieg (Orjentazzjoni Sesswali) Linji-gwida ta’ Regolamenti għall-Impjegaturi

Dan id-dokument jipprovdi lill-impjegaturi linji ta’ gwida utli li jgħinuhom jevitaw id-diskriminazzjoni abbażi ta’ l-orjentazzjoni sesswali fuq il-post tax-xogħol

 Iddawnlowdja pdf EN 947 KB

Gay Marches in 2006

30.04.2006 - Brighton, UK - Stonewall Brighton Equality Walk

20.05.2006 - Minden, Germany - CSD Minden

20.05.2006 - Luxemburg, Luxemburg, GayMat 2006 (CSD)

21.-27.05.2006 - Leipzig, Germany CSD Leipzig (Street Festival 07.05.)

03./04.06.2006 - Düsseldorf, Germany -  3. CSD Düsseldorf

03.06.2006 - Lüneburg, Germany - CSD Lüneburg

10.06.2006 - Dresden, Germany - CSD Dresden

16.06.-01.07.2006 - London, UK - EuroPride Festival

17.06.2006 - Oldenburg, Germany CSD Nordwest

17.06.2006 - Regensburg, Germany - CSD Regensburg

24.06.2006 - Paris, France - La Marche des Fiertés LGBT de Paris

30.06.2006 - London, UK - 'Prides Against Prejudice' Conference

01.07.2006 - Bad Segeberg, Germany - CSD Bad Segeberg

01.07.2006 - Rostock, Germany - CSD Rostock

08.07.2006 - Kassel, Germany - CSD Kassel

14.-16.07.2006 - Köln, Germany - 16. Kölner CSD (Parade 16.07.)

15./16.07.2006 - Berlin, Germany - 14. Gay-Lesbian City Festival

22.07.2006 - Berlin, Germany - 28. Berlin CSD

22.07.2006 - Lübeck, Germany - 5. CSD Lübeck

22.07.2006 - Trier, Germany - CSD Trier

28./29.07.2006 - Braunschweig, Germany - 11. Summerlochfestival (CSD-Parade 29.7.)

28.-30.07.2006 - Frankfurt/Main, Germany - 13. CSD Frankfurt (Parade 29.07.)

29.07.2006 - Augsburg, Germany  9. CSD Augsburg

04.-06.08.2006 - Hamburg, Germany - Hamburg Pride (Parade 05.08.)

12.08.2006 - München, Germany - 26. CSD München

19. 8.2006 - Siegen, Germany - 7. CSD Siegen

11.-20.08.2006 - Stuttgart, Germany - CSD Stuttgart (Parade 19.08.)

26.08.2006 - Dortmund, Germany - 10. Gay-Lesbian City Festival

01.-10.09.2006 - Erfurt, Germany - CSD Thüringen

09.09.2006 - Iserlohn, Germany - 6. CSD MK