Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Content Area:
- Razza, reliġjon u impjieg
- Sommarju Eżekuttiv – Diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin (FR)
- Il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani, artikli 9 u 14
- Diskriminazzjoni Reliġjuża
- Id-Diskriminazzjoni Reliġjuża fl-Unjoni Ewropea
- L-impatt ta’ l-attakki bil-bombi f’Londra nhar is-7 ta’ Lulju 2005 fuq xi komunitajiet Musulmani fl-UE
- Diskriminazzjoni reliġjuża jew ta’ twemmin
- Ir-reliġjon jew it-twemmin u l-post tax-xogħol; gwida għal l-impjegaturi u l-impjegati
- Twemmin u Esklużjoni: Niġġieldu d-Diskriminazzjoni Reliġjuża fl-Ewropa
Razza, reliġjon u impjieg
CIPD
Ottubru 2006
Hu biss minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta’ l-Ugwaljanza fl-Impjieg ta’ l-2003 (SI 2003/1660) , li jimplimentaw id-Direttiva tal-Qafas għat-Trattament Ugwali ta’ l-UE (2000/78/EC) nhar it-2 ta’ Diċembru 2003, li sar possibbli għal l-impjegati li jirrappurtaw diskriminazzjoni reliġjuża. L-Istitut Ikkwalifikat tal-Personal u l-Iżvilupp (CIPD) - istitut ewlieni fil-qasam ta’ l-immaniġjar tan-nies u l-iżvilupp, jipprovdi ħarsa komprensiva lejn il-punti bażiċi tal-leġiżlazzjoni tad-diskriminazzjoni reliġjuża u jippromwovi diversità fil-post tax-xogħol. Is-CIPD jissuġġerixxi wkoll diversi modi kif nistgħu nassiguraw li d-diskriminazzjoni reliġjuża ma tkun qatt preżenti fil-post tax-xogħol.
Biex taqra aktar, agħfas hawn.
Sommarju Eżekuttiv – Diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin (FR)
(Il-Kummissjoni Ewropea, DÄ għall-Impjieg u l-Affarijiet SoÄ‹jali)
2004
Hawn taħt issib l-aħħar rapport ta’ sommarju eżekuttiv fuq l-implimentazzjoni tal-liÄ¡ijiet ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni fir-rigwarda tar-reliÄ¡jon fi Franza. Dan ir-rapport tlesta fâ€™Ä unju ta’ l-2004 minn grupp ta’ esperti indipendenti għad-diskriminazzjoni reliÄ¡juża.
Il-kontenut tas-sommarju ppubblikat mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni jew il-pożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali jew tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani, artikli 9 u 14
Artiklu 9 jistqarr li;
- Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u r-reliġjon; dan id-dritt jimplika l-libertà li wieħed jibdel ir-reliġjon jew it-twemmin, kif ukoll il-libertà li jimmanifesta r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, individwalment jew kollettivament, fil-pubbliku kif ukoll fil-privat, fil-qima, fit-tagħlim, fil-prattika u bl-osservanza.
- Il-libertà li xi ħadd jimmanifesta r-reliġjon tiegħu jew twemminu għandha tkun soġġetta biss għal-limitazzjonijiet kif preskritti mil-liġi u li huma neċessarji f’soċjetà demokratika fl-interess tas-saħħa pubblika, għall-ħarsien ta’ l-ordni pubblika, għas-saħħa u l-morali, jew il-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ l-oħrajn.
Artiklu 14 jistqarr li;
L-użu sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet stipulati f’din il-Konvenzjoni għandhom ikunu mħarsa mingħajr diskriminazzjoni fl-ebda bażi bħas-sess, razza, kulur, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, assoċjazzjoni ma’ minorità nazzjonali, proprjetà , twelid jew xi status ieħor.
Biex taqra t-test sħiħ tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali agħfas hawn.
Diskriminazzjoni Reliġjuża

Unison
April 2006
Il-unjoni tas-servizz pubbliku – Unison – tillustra xi tfisser id-diskriminazzjoni reliġjuża u tiddefinixxi l-leġiżlazzjoni konċernata magħha. Ir-rapport ikompli juri ftit metodi kif tista’ tkun evitata d-diskriminazzjoni reliġjuża fil-post tax-xogħol bin-negozjar ta’ xi ftehmiet kollettivi.
© Bargaining Support Group UNISON
1 Mabledon Place, Londra WC1H 9AJ
indirizz-e: bsg@unison.co.uk
Id-Diskriminazzjoni Reliġjuża fl-Unjoni Ewropea
Bashy Quraishy
President – ENAR (In-Netwerk Ewropew kontra r-Razziżmu – Brussell)
Kap – POEM (Il-Federazzjoni ta’ l-Organizzazzjonijiet Etniċi Minoritarji)
Ottubru 2003
Fid-Diskors tiegħu fil-konferenza Internazzjonali organizzata mill-ENAR fl-Olanda, Bashy Quraishy wera li r-reliġjon hi fiċ-ċentru tal-mistoqsija Ewropea u li qed tkun ikkunsidrata bħala l-aħħar skuża li teskludi u tiddiskrimina kontra l-membri tal-komunità Ewropea. Id-diskors hu talba kontra l-mibegħda reliġjuża u jitkellem fid-dettall fuq id-definizzjoni tar-reliġjon, l-intolleranza reliġjuża u jagħti ħarsa ġenerali lejn il-lobby ta’ l-ENAR kontra d-diskriminazzjoni reliġjuża permezz ta’ serje ta’ prinċipji.
© ENAR
43 rue de la Charité
B-1210 Brussell
http://www.enar-eu.org/
Għal aktar tagħrif fuq il-Konferenza ta’ l-ENAR ta’ l-2003 fuq id-Diskriminazzjoni Reliġjuża fl-UE ikklikkja hawn.
L-impatt ta’ l-attakki bil-bombi f’Londra nhar is-7 ta’ Lulju 2005 fuq xi komunitajiet Musulmani fl-UE

EUMC
Novembru 2005
Dan ir-rapport jagħti d-dettalji ta’ l-avvenimenti wara l-isplużjonijiet ta’ bombi f’Londra fl-2005 u l-effett tagħhom fuq il-komunitajiet reliġjużi fl-UE. Ir-rapport hu tal-fehma li l-front magħqud ippreżentat mill-gvern Ingliż biex jikkundanna l-isplużjonijiet ta’ bombi u r-ritaljazzjoni kontrihom kienet iċ-ċavetta għall-prevenzjoni miż-żieda f’daqqa ta’ persuni kontra r-reliġjon Musulmana. Madankollu, l-ideat u l-azzjoni kontra r-reliġjon Musulmana li segwew wara l-isplużjonijiet huma msemmija wkoll. Ir-rapport jikkunsidra kif l-Iżlamofobija tista’ tkun imwieġba u kif tkun imsaħħa l-koeżjoni fil-komunità .
© EUMC
Rahlgasse 3
A-1060 Wien
http://fra.europa.eu
Diskriminazzjoni reliġjuża jew ta’ twemmin
directgov
Directgov jispjega t-tipi differenti ta’ diskriminazzjoni reliġjuża u xi prattiċi tax-xogħol f’relazzjoni mar-reliġjon. Is-sit joffri wkoll pariri lil kulmin kien vittma tad-diskriminazzjoni reliġjuża dwar x’jista’ jagħmel u jipprovdi lista ta’ ħoloq għal aktar sorsi ta’ informazzjoni.
Biex taqra aktar, mur hawn.
Ir-reliġjon jew it-twemmin u l-post tax-xogħol; gwida għal l-impjegaturi u l-impjegati

ACAS
Novembru 2005
Is-Servizz ta’ Konsulenza, Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ (ACAS) joffri sors ta’ konsulenza b’xejn, kunfidenzjali u imparzjali fuq is-suġġetti kollha tad-drittijiet ta’ l-impjieg. F’dan id-dossier tingħata ħarsa ġenerali lejn ir-regolamenti ta’ l-Ingilterra marbuta mad-diskriminazzjoni reliġjuża u hemm issuġġeriti xi prattiċi tan-negozju biex tkun evitata d-diskriminazzjoni. L-ACAS jipprovdi wkoll taqsima ta’ konsulenza għal dawk li kienu diskriminati minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom.
© Acas National
Brandon House
180 Borough High Street
London, SE1 1LW
http://www.acas.org.uk/
Twemmin u Esklużjoni: Niġġieldu d-Diskriminazzjoni Reliġjuża fl-Ewropa

ENAR
Marzu 2003
In-Netwerk Ewropew kontra r-Razziżmu (ENAR) iffoka b’mod speċjali fuq id-diskriminazzjoni reliġjuża fl-2003 bl-għan li jiżviluppa proposti dwar kif ikunu affrontati inġustizzji diskriminatorji. Ibbażat fuq is-sitwazzjonijiet differenti ta’ l-istati membri ta’ l-UE, dan in-Netwerk wera li biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-komunitajiet reliġjużi kollha, mhumiex meħtieġa biss strateġiji ta’ livell ta’ l-UE imma wkoll oħrajn nazzjonali speċifiċi. Din il-pubblikazzjoni għandha l-għan li tkun punt ta’ bidu għal dibattitu wiesa’ fuq kif tkun affrontata d-diskriminazzjoni reliġjuża. Tidentifika sett ta’ mistoqsijiet biex ikunu indirizzati u li jservu ta’ bażi għal dibattitu inklużiv fost il-membri tan-netwerk u ma’ l-esperti ta’ barra min-netwerk.
© ENAR
43 rue de la Charité
B-1210 Brussell
http://www.enar-eu.org/


