Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Stampa>Ir-Razziżmu


Content Area:



Attivitajiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija

Cover Racism and Xenophobia in the EU Member States - Trends, Developments and Good Practices

Rapport Annwali ta’ l-EUMC 2004/2005 – Parti 1

(EUMC, 2004/2005)

Dan ir-Rapport Annwali – Parti 1, jagħti rendikont ta’ l-attivitajiet u l-kisbiet ta’ l-UEMC tul l-2004. Parti 2 tar-Rapport Annwali tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija fil-Komunità u fl-Istati Membri tagħha.

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf 555 KB (EN)

Ir-Razziżmu u l-Ksenofobija fl-Istati Membri ta’ l-UE – Xejriet, Żviluppi u Prattiki Tajbin

Rapport Annwali ta’ l-EUMC 2005 – Parti 2

(EUMC, 2005)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC) ppreżenta r-Rapport Annwali għall-2005 tiegħu lill-Parlament Ewropew fit-23 ta’ Novembru 2005. Ir-rapport jagħti ħarsa lejn ix-xhieda ta’ diskriminazzjoni fl-impjiegi, akkomodazzjoni u edukazzjoni, u wkoll data fuq reati razzisti, u lejn miżuri li qed jittieħdu biex ikunu miġġielda.

Madwar l-UE, l-EUMC issib immigranti u minoranzi li l-għadd tagħhom fis-setturi inqas prestiġjużi tal-qasam ta’ l-impjiegi għandhom preżenza ogħla ħafna. Is-segregazzjoni fis-settur tad-djar hija partikolarment prevalenti f’xi Stati Membri. Terġa’, kisbiet edukattivi ta’ għadd ta’ gruppi ta’ immigranti u minoranzi qegħdin lura ħafna mill-maġġoranza tal-popolazzjoni. L-EUMC twissi li nuqqasijiet fid-data jistgħu jwasslu biex diskriminazzjoni serja f’oqsma importanti tibqa’ mistura. Ir-rapport jagħti lista ta’ eżempji ta’ l-aħjar prattika maħsuba biex tikkumbatti l-esklużjoni ta’ minoranzi.

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 636 KB (EN)

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 698 KB (FR)

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 771 KB (DE)

Il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni Reliġjuża u Etnika fil-Qasam ta’ l-Impjiegi

Cover Combating Religious and Ethnic Discrimination in Employment

Mill-perspettivi ta’ l-UE u Internazzjonali

(ENAR, April 2004)

Dan ir-rapport iħares lejn l-għodda biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni reliġjuża u etnika fil-qasam ta’ l-impjiegi li huma aċċessibbli fin-NU, fl-UE u fil-livell nazzjonali ta’ l-UE-15.

 Iddawnlowdja pdf, 1.41 MB

Strateġiji Ewropej biex Jikkumbattu r-Razziżmu l-Ksenofobija bħala Delitt

Cover European Strategies to Combat Racism and Xenophobia as a Crime

(ENAR, 2003)

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet ta’ l-UE ammettew f’diversi dokumenti, dikjarazzjonijiet u trattati li r-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskriminazzjoni razzjali jikkaġunaw problemi kbar ma’ l-Ewropa kollha. Sa mis-snin 90, l-Istati Membri ta’ l-UE għarfu dejjem aktar il-ħtieġa dejjem tikber li r-razziżmu u l-ksenofobija jkunu indirizzati sistematikament. Fost il-mezzi possibbli li kienu identifikati bħala effettivi biex jikkumbattu r-razziżmu u l-ksenofobija huma l-liġi kriminali u l-prosekuzzjoni kriminali ta’ atti razzisti u ksenofobi. Hekk, fil-memorandum tagħha għall-proposta ta’ Deċiżjoni ta’ Qafas mill-Kunsill fuq il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, il-Kummissjoni tenfasizza li miżuri legali kriminali adegwati huma għodda importanti f’dan il-qasam. Fil-fatt, apparti mill-aspett punittiv tagħhom, miżuri legali kriminali għandhom forza disważiva sinifikanti.

 Iddawnlowdja pdf, 1.08 MB

Immigranti, Minoranzi u Impjiegi: Esklużjoni, Diskriminazzjoni u Anti-Diskriminazzjoni fi 15-il Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea

Cover Migrants, Minorities and Employment: Exclusion, Discrimination and Anti-Discrimination in 15 Member States of the European Union)

(EUMC 10/2003)

Il-materjal ta’ dan ir-rapport huwa ġabra unika ta’ xhieda fuq żvantaġġi, diskriminazzjoni u esklużjoni fl-impjiegi ta’ immigranti u minoranza etnici fi 15-il pajjiż ta’ l-UE. Dan jidher tul is-sena meta żewġ Direttivi tal-Kunsill – id-Direttiva fuq l-Ugwaljanza Razzjonali u d-Direttiva fuq l-Impjiegi – huma mistennija li jkunu trasposti fil-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri.

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 789 KB (EN)

 

Jekk jogħġbok hawn taħt għandek issib xi fatti u ċifri minn dan ir-rapport:

Fatti u Ċifri minn: "Migrants, Minorities and Employment: Exclusion, Discrimination and Anti-Discrimination in 15 Member States of the European Union" (EUMC, 2003)

L-Olanda: l-għadd ta’ barranin fil-popolazzjoni totali hu 4.1%, filwaqt li l-għadd ta’ immigranti ta’ l-ewwel ġenerazzjoni hu 9.0%, u l-għadd ġenerali ta’ minoranzi ta’ immigranti dokumentat (inklużi immigranti tat-tieni ġenerazzjoni) hu 17.5%.

Fl-Awstrija, il-popolazzjoni li hi fil-minoranza hi stmata li hi bejn l-130,000 u l-200,000, li fosthom is-Sloveni u l-Kroati (50,000 kull wieħed) huma l-akbar gruppi.

Fil-Ġreċja, il-protezzjoni tal-minoranzi  hija estiża għall-minoranza reliġjuza definita Musulmana fil-Greċja tan-Nofsinhar u hekk twarrab in-numru kbir ta’ Roma Kristjanizzati. Hu stmat li d-daqs tal-minoranza Musulmana hija bejn l-100,000 u l-130,000 filwaqt li n-numru ta’ Roma hu stmat li qiegħed bejn il-150,000 u t-300,000. Ir-Roma (inklużi s-Sinti; xi drabi l-Irish Travellers ukoll jiddaħħlu f’din il-kategorija) qegħdin f’kull Stat Membru. L-għadd totali tagħhom fl-Ewropa hu bejn 1.2 u 1.7 miljuni, u skond il-gruppi għad-drittijiet tar-Roma jista’ wkoll ikun aktar. Wieħed jista’ jargumenta li r-Roma jistgħu jitqiesu bħala waħda mill-akbar minoranzi etniċi fl-Ewropa. Għadd ta’ pajjiżi jagħrfu lir-Roma bħala minoranza uffiċjali (ngħidu aħna l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Finlandja u l-Isvezja).

 

 

AT

BE

DK

SF 

FR 

GER

GR

IE

IT 

LUX

NL 

PL

ES 

SE

UK

Low estimate 

20

25

1.8

10

280

70

150

10.9

130

0.1

23.5

40

325

40

90

High estimate50301

50

30

1.8

10

340

70 

300

10.9

130

0.15

23.5

40

400

50

300

Sors: Kunsill ta’ l-Ewropa (2002): Legal situation of Roma in Europe, DOC 9397 (19/04/02)

Mingħajr il-Lussemburgu, li hu eċċezzjonali f’ħafna ħwejjeġ, għandhom medja ta’ 5% kull wieħed. Din l-aħħar ċifra toqrob sewwa għall-proporzjon ġenerali tagħhom ta’ 5.3% tal-popolazzjoni ta’ l-Ewropa. Fit-total, madwar 20 miljun barrani jgħixu fl-UE-15 (popolazzjoni totali ta’ xi 378 miljun)

Proporzjon ta’ Popolazzjoni ta’ Barranin / Immigranti għall-Popolazzjoni Totali

(Sors: Migrants, Minorities and Employment: Exclusion, Discrimination and Anti-Discrimination in 15 Member States of the European Union, EUMC, 2003)


Graphik: Anteil der Auslnder/Immigranten an der Gesamtbevlkerung

Il-ħames Stati Membri bl-akbar popolazzjoni ta’ ċittadini barranin, jiġifieri Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit li huma wkoll l-akbar pajjiżi f’termini ta’ popolazzjonni totali, għandhom aktar minn tliet kwarti tal-popolazzjoni tagżhom barranija. Il-Ġermanja għandha l-akbar popolazzjoni ta’ ċittadini barranin, 7.3 miljun, proporzjon ta’ 8.9%. F’termini ta’ proporzjon ta’ barranin għall-popolazzjoni totali, il-Lussemburgu  jisboq lil kulħadd.

Iżda, fi grad qawwi, il-proporzjon ta’ barranin jista’ jkun spjegat mid-daqs żgħir tal-Lussemburgu, l-ekonomija libera ħafna tiegħu u l-fatt li jospita għadd sinifikanti ta’ kumpaniji internazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali li jimpjegaw numru konsiderevoli kemm ta’ barranin residenti u kemm ta’ nies li jaqsmu l-fruntiera.

Wara jiġu l-Awstrija, il-Belġju u l-Ġermanja. Il-proporzjonijiet rispettivi tagħhom (ftit inqas minn 9%) jaqbżu sewwa l-medja Ewropea. Il-Greċja, li għandha proporzjon dokumentat ta’ 7.3%, tiġi kważi indaqs mal-pajjiżi msemmija qabel, filwaqt li l-proporzjon tal-popolazzjoni barranija residenti, jekk wieħed iqis immigranti mhux dokumentati, tista’ taqbeż sewwa din iċ-ċifra – Franza, l-Iżvezja u d-Danimarka għandhom popolazzjoni barranija ta’ residenti li hi madwar il-medja Ewropea ta’ 5%. Il-Finlandja u l-Portugall għandhom l-aktar popolazzjoni baxxa ta’ ċittadini barranin, u l-proporzjon tagħhom hu xi 2%. Il-proporzjon ta’ barranin fil-bqija tal-pajjiżi qiegħed bejn it-2% u l-4%.

Dimensjonijiet ta’ Razziżmu

Cover Dimensions of Racism

Dokumenti ta’ Workshop biex ifakkar tmiem it-Tielet Dekadi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Ġlieda kontra r-Razziżmu u d-Diskriminazzjoni Razzjali

(OHCHR, UNESCO, 2005)

It-Tielet Dekadi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Ġlieda kontra r-Razziżmu u d-Diskriminazzjoni Razzjali għalqet fl-2003. Waħda mill-attivitajiet tad-Dekadi kienet workshop li laqqa’ esperti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, akkademiċi, esperti tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-drittijiet umani u individwi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fuq ir-razziżmu u kwistjonijiet relatati. Il-workshop kellu l-iskop li jiżviluppa materjal edukattiv fuq l-eliminazzjoni tal-preġudizzji razzjali u t-trawwim tat-tolleranza biex jintuża minn għalliema u studenti. Il-workskop, organizzat mill-Uffiċċji tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet Umani (OHCHR) f’kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNESCO), sar f’Pariġi fid-19 u l-20 ta’ Frar 2003. Il-papers ta’ sfond, li ffurmaw il-bażi ta’ dan il-ktieb, ippreżentati fil-workshop analizzaw ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali f’kuntesti speċifiċi, inklużi l-edukazzjoni, il-post tax-xogħol, is-saħħa, il-migrazzjoni, forom kontemporanji ta’ skjavitù, il-midja, is-sistema ta’ ġustizzja kriminali, u l-esperjenza ta’ diskriminazzjoni doppja bbażata fuq is-sess u r-razza.

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 1.7 MB (EN)

L-Ewropa, kulħadd differenti, kulħadd ugwali?

Studju komparattiv tas-sitwazzjoni tar-razziżmu u l-intolleranza fi Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Spanja, l-Iżvezja u l-Ungerija fuq il-bażi ta’ approċċ pajjiż pajjiż tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-razziżmu u l-Intolleranza

(Astrid Waterinckx, 2005)

Tul l-aħħar nofs seklu l-Ewropa bidlet il-forma tagħha għalkollox. Minn kontinent fejn kollox kien l-istess, l-Ewropa kienet trasformata f’kontinent ta’ varjetà viżibbli. Gradwalment l-Ewropej ma baqgħux membri ta’ soċjetà li kienet tidher statika, bla tibdil u uniformi, iżda, għall-kuntrarju, saret soċjetà karatterizzata minn identitajiet distinti u li fiha sar sforz biex ikunu inklużi dawn l-identitajiet differenti.

Biex tkompli taqra, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Gwida TUC/WLRI għat-tredjunjons fil-Britannja fuq it-trattament tar-razziżmu u l-ksenofobija

13.03.2006

Studju maġġuri tar-razziżmu fuq ix-xogħol, li kien jinvolvi riċerkaturi u trejdunjonisti f’5 pajjiżi Ewropej, lesta l-investigazzjoni tiegħu. L-għan tiegħu kien li jeżamina l-funzjoni li t-trejdunjons setgħu u kellu jkollhom fil-ġlieda kontra r-razziżmu. Dan il-ktejjeb jieħu minn din ir-riċerka li saret fil-Brittanja u hu ppreżentat bħala kontribut għall-ġlieda dejjem sejra għall-ġustizzja għall-ħaddiema suwed.

Biex tkompli taqra, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Ir-Razziżmu fuq ix-xogħol – reat f’kull lingwa

TUC – Il-Brittanja fuq ix-xogħol

Ir-razziżmu fuq ix-xogħol jista’ jkun dirett jew sottili, konxju jew magħmul bla ħsieb.

Jista’ jiġi minn ta’ fuqek, min-nies li taħdem magħhom u ikun mibni fil-mod kif taħdem l-organizzazzjoni tiegħek.

Imġiba razzista tista’ tkun kontra l-liġi, u din il-paġna tispjega d-drittijiet tiegħek jekk taħseb li int kont vittma ta’ diskriminazzjoni razzjali.

Hi titlob impenn pożittiv mill-organizzazzjoni kollha – maniġers u impjegati. Meta impjegaturi u unjons jaħdmu flimkien, tassew jista’ jagħmel differenza.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

(pdf icon) pdf download press release Iddawnlowdja pdf, 45 KB (EN)

Fatti u Ċifri

  • Fl-Irlanda n-numru ta’ permessi għax-xogħol allokati tela’ minn 6,000 fl-1998 għal aktar minn 47,000 fl-2003.
  • Fil-Lussemburgu l-paga medja fi tmiem l-2002 għal ħaddiema mill-Ameriki (minbarra l-Istati Uniti u l-Kanada) u mill-Asja (minbarra l-Ġappun) kienet 53% tal-pagi medji nazzjonali fil-Lussemburgu, u fil-każ ta’ immigranti mill-Afrika kienet biss 52%.
  • Fil-Ġermanja 25% mill-impjegati kollha fin-negozju tal-lukandi u catering u wkoll fit-tindif u r-rimi ta’ skart ma kinux Ġermaniżi.
  • Fi Spanja xi 30% tal-ħaddiema mill-Amerika Latina kienu bla sengħa u 14% kienu jagħtu għajnuna fid-djar. Mill-Afrika dawn iż-żewġ kategoriji kellhom rappreżentanza ta’ 47% u 3% rispettivament, u mill-Asja 19% u 9%. B’kuntrast ma’ dan, fost “il-barranin” miz-Zona Ekonomika Ewropea l-proporzjonijiet ta’ persuni bla sengħa jirreġistraw għas-sigurtà soċjali kienu 10% u bħala għajnuna fid-djar 0.06%
  • Filwaqt li ċittadini Iraqin fil-Finlandja għandhom rata ta’ qgħad ta’ 72%, ir-rata tal-qgħad ta’ ċittadini Finlandiża mweldin fl-Iraq baqgħet 64%, imqabbla ma’ 9% fil-każ tal-Finlandiżi.
  • Fi Franza, l-istallazzjoni tal-linja tat-telefon għal għajnuna f’każ ta’ diskriminazzjoni rċeviet 50,000 sejħa fl-ewwel sentejn, li 12,000 minnhom kienu trasformati f’notifiki. Iżda dawn in-numri niżlu sostanzjalment biżżejjed minn Ġunju 2003 ’l hawn meta l-linja saret servizz kollu kemm hu awtomatizzat. Filwaqt li dawn is-sorsi jistgħu ma jagħtux xhieda dwar livelli ta’ diskriminazzjoni li maż-żmien qed jinbidlu, ċertament jagħtu dawl importanti fuq iċ-ċentralità ta’ l-ilmenti fil-qasam ta’ l-impjiegi. Fl-ewwel sitt xhur ta’ l-2004, aċċess għal impjiegi u ħajja professjonali kkostitwew, kull wieħed, 27% ta’ l-ilmenti proċessati li daħlu għand il-linja għal għajnuna Franċiża ‘111’, filwaqt li taħriġ professjonali kkostitwixxa 7% oħra.
  • Fl-Olanda, fl-2003, mis-634 ilment relatati ma’ xogħol irrappurtati lill-Federazzjoni Nazzjonali ta’ Aġenziji Kontra d-Diskriminazzjoni, 42% rriżultaw minn sitwazzjonijiet fuq il-lant tax-xogħol imqabblin ma’ 24% relatati mar-reklutaġġ u għażla u 12% relatati mat- tkeċċija.
  • Eżerċizzju ambizzjuż sar f’Settembru 2004 mill-gazzetta ewlenija Dagens Nyhete ta’ l-Iżvezja. Ir-riżultati wrew li l-ogħla diskriminazzjoni, 22%, kienet fil-fergħa tar-ristoranti, u l-aktar baxxa, 2%, fis-settur ta’ l-iskejjel.
  • Stħarriġ partikolari li sar fl-2004 kien dak tal-popolazzjonijiet li huma f’minoranza , Finlandja; dan ikkonferma li dawk li l-aktar irrappurtaw diskriminazzjoni fuq ix-xogħol kienu “dawk li d-dehra fiżika tagħhom tiddistingwihom mill-maġġoranza tal-popolazzjoni – jiġifieri Somali u Għarab.” 40% minn dawn kienu aktar lesti li jirrappurtaw li sofrew minn ibbulljar fuq il-post tax-xogħol milli kienu ħaddiema immigranti ta’ oriġini Russa jew Estona.
  • Il-qgħad fost ir-Roma Ċeki hu stmat li hu madwar 70-80%.
  • Fil-Polonja hu rrappurtat li hemm reġjuni sħaħ li fihom ir-rata tal-qgħad tal-popolazzjoni Roma toqrob il-100%, u hu rari ħafna li individwi Roma jkollhom xogħol.
  • Fl-Ungerija, data minn stħarriġ rappreżentattiv turi li r-rata ta’ parteċipazzjoni tar-Roma fis-suq tax-xogħol fl-2003 kienet l-istess bħal fl-1993, 21% biss kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel (imqabbla ma’ 50% għall-popolazzjoni kollha). M’hix sorpriża li mbagħad issib li aktar minn 80% familja Roma fl-Ungerija jinsabu fl-aktar żewġ saffi baxxi ta’ qligħ. L-istampa, b’mod ġenerali, hija waħda ta’ ftit jew ebda xogħol, b’diskriminazzjoni qawwija fir-reklutaġġ u fejn hemm impjiegi li huma mħallsin ftit ħafna.

Sors: Racism and Xenophobia in the EU Member States - Trends, Developments and Good Practices

Fuljetti Nazzjonali ENAR

Cover ENAR Leaflet UK

Tweġiba għar-razziżmu fl-Ewropa – informazzjoni u r-rwol tas-soċjetà ċivili

ENAR ippubblikat fuljetti b’informazzjoni nazzjonali fuq ir-razziżmu f’24 pajjiż ta’ l-UE.

L-iskop tal-fuljetti b’informazzjoni nazzjonali hu li ssir enfasi fuq is-sinifikat ta’ inizjattivi Ewropej bi tweġiba għar-razziżmu f’kuntest nazzjonali, u biex tingħata informazzjoni prattika fuq l-għodod aċċessibbli permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u NGOs biex jisfidaw id-diskriminazzjoni razzjali.

 

Fuljetti nazzjonali ta’ kull Pajjiż

Austria 

(pdf icon) pdf download press release Germaneaktion auf Rassismus in ֳterreich

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Austria

 Belgium

(pdf icon) pdf download press release R鰯ndre au racisme en Belgique

 

(pdf icon) pdf download press release Reageren op racisme in Belgi리t;/A>

 Cyprus

(pdf icon) pdf download press release Η Αντιμετωπιση του Ρατσισμου στην Κυπρου

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Cyprus

 Czech Republic

(pdf icon) pdf download press release Potνrαnν rasismu v Českᠲepublice

 Denmark

(pdf icon) pdf download press release Foranstaltninger mod racisme i Danmark

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Denmark

 Estonia

(pdf icon) pdf download press release Vastus rassismile Eestis

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Estonia

 Finland

(pdf icon) pdf download press release Vastaus rasismiin Suomessa

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Finland

 France

(pdf icon) pdf download press release R鰯ndre au racisme en France

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in France

 Germany

(pdf icon) pdf download press release Reaktion auf Rassismus in Deutschland

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Germany

 Greece

(pdf icon) pdf download press release Αντιδρωντας στο ρατσισμο στην Ελλαδα

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Greece

 Hungary

(pdf icon) pdf download press release Vαlasz a rasszizmusra Magyarorszαgon

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Hungary

 Ireland

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Ireland

 Italy

(pdf icon) pdf download press release Rispondere al razzismo

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Italy

 Latvia

(pdf icon) pdf download press release Reakcija uz rasismu Latvija

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Latvia

 Lithuania

(pdf icon) pdf download press release Atsakas i rasizma Lietuvoje

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Lithuania

 Luxemburg

(pdf icon) pdf download press release R鰯ndre au racisme au Luxembourg

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Luxemburg

 Malta

(pdf icon) pdf download press release Nirrispondu ghar-razzismu f'Malta

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Malta 

 Netherlands                 

(pdf icon) pdf download press release Reageren op racisme in Nederland

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in the Netherlands

 Poland

(pdf icon) pdf download press release Rasizm w Polsce

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Poland

 Slovakia

(pdf icon) pdf download press release Informacnύ letαk Eurσpskej siete proti rasizmu pre Slovenskϊ republiku

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Slovakia

 Slovenia

(pdf icon) pdf download press release Odziv na rasizem v Sloveniji

 Spain

(pdf icon) pdf download press release Reaccionando ante el racismo en Espa񡦬t;/A>

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Spain

 Sweden

(pdf icon) pdf download press release Motverkande av rasism i Sverige

 

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in Sweden

 United Kingdom

(pdf icon) pdf download press release Responding to racism in the United Kingdom

  

Antirassismus-Organisationen

sterreich

 

Belgien

 

Tschechien

 

Dnemark

 

Frankreich

 

Deutschland

 

Griechenland

 

Ungarn 

 

Italien

 

Irland

 

Niederlande 

 

Portugal

 

Slowakei

 

Spanien 

 

Schweden

 

UK

 

EU-weit