Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Stampa>Diżabilità


Content Area:



Forum Ewropew fuq id-Diżabilità: Rapport Annwali 2005/6

Cover EDF Annual Report 2005/2006

(EDF)

2006

L-EDF jaħdem bla heda biex jikkumbatti d-diskriminazzjoni minħabba d-diżabilità u biex jiżgura li r-rispett tad-drittijiet umani jkun garantit fiz-zoni kollha ta’ l-UE. Dan ir-rapport jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ matul is-sena ta’ l-għaqdiet, jagħti dettalji tas-suċċess tagħhom u jsemmi oqsma li fihom jista’ jsir titjib, u fl-aħħarnett iqis l-isfidi tal-ġejjieni.

 Iddawnlowdja pdf (EN 4 MB)

Ħjilijiet għall-Impjegaturi ż-Żgħar

Cover Top Tips for Small Employers

DRC

April 2006

Il-Ħjilijiet tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ dawk b’diżabilità għall-impjegaturi ż-żgħar hi gwida informattiva biex tgħin lill-impjegaturi jaqdu dmirijiethom skond l-Att dwar id-Diskriminazzjoni tad-Diżabilità (ADD) ta’ l-1995 u l-2005. Din għandha wkoll il-ħsieb li l-impjegaturi jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-għarfien, il-ħiliet u l- esperjenza konsiderevoli li jistgħu joffru persuni b’diżabilità. Hi mqassma f’taqsimiet li jittrattaw l-istadji kollha ta’ l-impjieg – ir-reklamar ta’ post vakant, ir-reklutaġġ tan-nies, iż-żamma tal-persuni li jiżviluppaw diżabilità huma u jaħdmu mal-kumpanija u t-tmiem taż-żmien tagħhom man-negozju.

 Iddawnlowdja pdf (EN 1,7 MB)

Folja-fatti fuq il-leġiżlazzjoni għal trattament ugwali ta’ persuni b’diżabilità jew mard kroniku

(FvO “Federazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet tal-Ġenituri”)

2004

L-assoċjazzjoni Olandiża FvO tirrappreżenta l-interessi tal-ġenituri, qraba u persuni b’diżabilitajiet intellettwali. Il-Federazzjoni hi grupp li jeżerċita pressjoni. Bl-influwenza tal-politika u bl-introduzzjoni ta’ tipi ġodda ta’ servizzi, hi mdaħħla sewwa fit-titjib tal-ħajja tal- persuni b’diżabilitajiet intellettwali, kemm fl-Olanda u kemm fuq skala internazzjonali. Il-Federazzjoni għandha kuntatti diretti mal-Parlament u hi sieħeb apprezzat ħafna f’diskussjonijiet mal-gvern u ma’ organizzazzjonijiet (umbrella) nazzjonali. Hemm kooperazzjoni wiesgħa fuq livelli nazzjonali u lokali ma’ organizzazzjonijiet oħrajn tal-persuni b’diżabilità.

 Iddawnlowdja pdf (NL 8 KB)

L-impjieg ta’ persuni b’diżabilità: prattika tajba għall-maniġers u l-impjegaturi

DRC

Din hi gwida mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità biex ikun hemm prattika tajba fl-impjieg tagħhom. Hi tkopri fid-dettall l-aspetti kollha ta’ l-impjiegi, mir-reklutaġġ sa l-irtirar, u tqis x’għandu jsir f’każ ta’ rapport ta’ diskriminazzjoni.

 Iddawnlowdja pdf (EN 8 KB)

Titjib ta’ l-opportunitajiet fil-ħajja tal-persuni b’diżabilità

L-unità għall-istrateġija tal-Prim Ministru tar-Renju Unit

Jannar 2005

L-unità għall-istrateġija tal-Prim Ministru Ingliż kienet assenjata l-proġett li tanalizza l-opportunitajiet fil-ħajja tal-persuni b’diżabilità fir-Renju Unit kemm bħala tfal u kemm bħala adulti, u li tkejjel il-possibilità ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-proġett involva ħafna kooperazzjoni mhux biss ma’ gruppi interessati oħra iżda wkoll ma’ ħafna persuni b’diżabilità u r-rappreżentanti tagħhom. Ir-rapport jagħti ħarsa fil-fond fl-impjieg għall-persuni b’diżabilità fl-Ingilterra.

 Iddawnlowdja pdf (EN 2,7 MB)  

© UK Government Prime Minister’s Strategy Unit
Rapport konġunt ma’:
L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru
Id-Dipartiment għax-Xogħol u l-Pensjonijiet
Id-Dipartiment għas-Saħħa
Id-Dipartiment għall-Edukazzjoni u l-Ħiliet


Graph on disability by age UK

Leġiżlazzjoni dwar id-diskriminazzjoni tal-persuni b’diżabilità fl-istati membri ta’ l-UE

Netwerk ta’ Esperti Indipendenti ta’ l-UE fuq id-Diskriminazzoni tad-Diżabilità

Eżami sħiħ bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni għal raġuni ta’ diżabilità fil-pajjiżi ta’ l-UE fuq il-paġni tal-websajt ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Għomja. Dan l-istudju bażiku ta’ l-2004 jittratta r-riformi dinjin ta’ leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni tad-diżabilità b’enfasi partikolari fuq l-istati membri ta’ l-UE.

Biex taqra aktar, agħfas hawn.

L-integrazzjoni tad-diżabilità fl-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi

DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs tal-KUMMISSJONI EWROPEA

Lulju 2005

Sa minn meta bdiet fl-1997, l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (SEI) tat attenzjoni partikolari lil nies żvantaġġati li qegħdin f’riskju għoli li jkunu esklużi mis-suq tax-xogħol. L-iskop ta’ dan id-dokument bażiku fuq l-aċċettazzjoni ġenerali hu li jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jindirizzaw, fil-kuntest ta’ SEI riveduta, ix-xkiel speċifiku li jiffaċċjaw persuni b’diżabilitajiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Hu jippreżenta wkoll għadd ta’ prattiċi tajbin f’dan il-qasam li diġà ġew żviluppati minn Stati Membri f’dan il-qasam, spiss bl-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jew l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL.

 Iddawnlowdja pdf (EN 249 MB)


Statistic: Working disabled persons receiving assistance

Żgurar tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema b’diżabilità

Cover factsheet on ensuring disabled workers' health and safety

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

Lulju 2004

Din il-folja-fatti tiġbor informazzjoni fuq ir-rekwiżiti legali għall-impjegaturi dwar it-trattament ugwali u s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol għall- impjegati b’diżabilità. Il-persuni b’diżabilità huma koperti b’leġiżlazzjoni Ewropea kemm kontra d-diskriminazzjoni u kemm dwar is-saħħa u s-sigurtà tax-xogħol. Din il-leġiżlazzjoni, li l-Istati Membri implimentaw f’leġiżlazzjoni u arranġamenti nazzjonali, għandha tkun applikata biex tiffaċilita l-impjieg tal-persuni b’diżabilitajiet, u mhux biex teskludihom. Għalhekk ir-rapport jagħti wkoll ħafna ħjilijiet għall-provvista ta’ akkomodazzjoni raġonevoli u ta’ post tax-xogħol sigur għall-ħaddiema b’diżabilità.

 Iddawnlowdja pdf (EN 356 KB)

Servizzi ta’ gwida dwar impjiegi għall-persuni b’diżabilità

Cover: Employment guidance services for people with disabilities

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u x-Xogħol

2006

Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati ta’ studju kkummissjonat mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u x-Xogħol (“il-Fondazzjoni”) fi gwida għall-impjiegi u s-servizzi ta’ parir għall-persuni b’diżabilitajiet. L-istudju preżenti għandu żewġ għanijiet ewlenin: biex jikseb ħarsa ġenerali ta’ l-isfond statistiku u definizzjonali għall-persuni b’diżabilitajiet fir-rigward ta’ gwida għall-impjieg u s-servizzi ta’ pariri fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; u biex jidentifika eżempji ta’ prattika tajba f’relazzjoni ma’ dawn is-servizzi f’10 mill-Istati Membri.

 Iddawnlowdja pdf (EN 606 KB)

© Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u x-Xogħol, 2007, Wyattville Road, Loughlinstown, Dublin 18, L-Irlanda


Graphic: Current status of people with disabilities % of working age population

Nuqqas ta’ diskriminazzjoni: kwistjonijiet ta’ politika

EDF

Il-Forum Ewropew fuq id-Diżabilità (FED) jiġġieled għall-ugwaljanza għall-persuni b’diżabilità u jikkumbatti d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol. Dan is-sommarju jiddefinixxi d-diskriminazzjoni tad-diżabilità u jiddeskrivi l-għanijiet ewlenin tal-FED, imbagħad ikompli jqis l-implimentazzjoni tad-direttiva ta’ l-UE fuq it- trattament ugwali fix-xogħol. Ir-rapport juri wkoll kif tista’ ssir ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tad-diżabilità b’rilevanza partikolari għad-dinja tan-negozju. Il-FED għandu wkoll lista ta’ pubblikazzjonijiet  estensiva li ħafna minnhom jittrattaw il-kwistjoni tad-diżabilità u d-diskriminazzjoni.

Biex taqra aktar, agħfas hawn.