Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Id-Dejtabejż tar-Ritratti tal-Mezzi tal-Media

- Grafiċi

- Film Informattiv

- Arkivju

- Aġġornamenti tal-Media

- Kuntatt Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Content Area:
- Diskriminazzjoni minħabba Età u l-Liġi Ewropea
- Popolazzjoni li qed tixjieħ: il-fatti u ċ-ċifri Ewropej
- Ir-regolamenti ta’ l-2006 dwar l-ugwaljanza (età ) fl-impjiegi – ir-Renju Unit
- Rapport Annwali ta’ l-AGE 2005
- L-età u l-post tax-xogħol: l-infurzar tar-regolamenti ta’ l-2006 dwar l-ugwaljanza (l-età ) fl-impjiegi – Ir-Renju Unit
- Diskriminazzjoni minħabba l-età : Mistoqsijiet li jsiru spiss għal min iħaddem – ir-Renju Unit
- Il-Politika ta’ l-Impjiegi u x-Xjuħija: għix iżjed, aħdem iżjed
- 10 punti essenzjali li jeħtieġ ikunu jafu dawk li jħaddmu fuq id-diskriminazzjoni minħabba l-età u l-irtirar
- It-tneħħija tal-preġudizzji kontra l-età – agħmilha affari tiegħek
- Fatti u ÄŠifri
Diskriminazzjoni minħabba Età u l-Liġi Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea
April 2005
Il-Kummissjoni Ewropea tkompli tiġġieled għad-diversità fuq il-post tax-xogħol u għall-prattiki anti-diskriminatorji fin-negozju. Dan ir-rapport jagħti dettalji dwar il-qafas tad-diskriminazzjoni Ewropea minħabba l-età u jiddeskrivi d-differenza bejn diskriminazzjoni diretta u indiretta. Ir-rapport imbagħad jittratta l-limitazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni anti-diskriminatorja u d-derogi mil-leġiżlazzjoni anti-diskriminatorja, bħad-diskriminazzjoni ġustifikata minħabba l-età , l-etajiet ta’ irtirar u drittijiet għal impjieg.
Popolazzjoni li qed tixjieħ: il-fatti u ċ-ċifri Ewropej
Alleanza għas-Saħħa u għall-Futur
Din il-paġna fuq il-websajt tqis il-popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ u l-effett tal-leġiżlazzjoni anti-diskriminatorja fuq il-Komunità Ewropea. Id-dokument jagħti intuwizzjoni l-għaliex il-popolazzjoni qed tixjieħ u xi jfisser dan għas-soċjetà tagħna.
Biex taqra iżjed, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Ir-regolamenti ta’ l-2006 dwar l-ugwaljanza (età ) fl-impjiegi – ir-Renju Unit
2006
Dan id-dokument fih ir-regolamenti kollha tar-Renju Unit rigward id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba l-età , inkluża d-definizzjoni eżatta ta’ din ix-xorta ta’ diskriminazzjoni u l-maniġment legali tagħha. Fih ukoll id-dettalji ta’ kif il-leġiżlazzjoni fuq id-diskriminazzjoni minħabba l-età hija infurzata.
Rapport Annwali ta’ l-AGE 2005

AGE: Il-Pjattaforma Ewropea ta’ Nies Anzjani
2005
AGE, Il-Pjattaforma Ewropea ta’ Nies Anzjani, għandha l-għan li ssemma’ l-leħen u tippromwovi l-interessi ta’ l-anzjani fl-Unjoni Ewropea u tqajjem għarfien tal-kwistjonijiet li l-iżjed jolqtuhom. Hawn hu r-rapport annwali tagħhom l-aktar reċenti; jagħti deskrizzjoni tax-xogħol tagħhom biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u biex itejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-anzjani madwar l-Ewropa kollha.
L-età u l-post tax-xogħol: l-infurzar tar-regolamenti ta’ l-2006 dwar l-ugwaljanza (l-età ) fl-impjiegi – Ir-Renju Unit

ACAS
Ottubru 2006
Din il-gwida dettaljata hi maħsuba biex tgħin lil min iħaddem fir-Renju Unit biex jittratta l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba l-età . Il-gwida tispjega l-leġiżlazzjoni dwar id-diskriminazzjoni minħabba l-età u tiddeskrivi l- prattika tajba f’varjetà ta’ oqsma speċifiċi tan-negozju, bħar-reklutaġġ u l-irtirar.
Diskriminazzjoni minħabba l-età : Mistoqsijiet li jsiru spiss għal min iħaddem – ir-Renju Unit
ACAS
Din il-paġna turi sett ta’ mistoqsijiet li jsiru spiss fuq il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni minħabba l-età fir-Renju Unit u hija diretta b’mod speċifiku għal min iħaddem. Strateġiji tan-negozju huma proposti biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni u biex tagħmel l-aħjar użu mill-ħaddiema diversi tiegħek.
Biex taqra iżjed, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Il-Politika ta’ l-Impjiegi u x-Xjuħija: għix iżjed, aħdem iżjed

OECD
2006
Dan ir-rapport jargumenta li l-prattiki soċjali u ta’ l-impjiegi jċaħħdu l-għażla lix-xjuħ ta’ meta u kif għandhom jirtiraw. Dan huwa inġust b’mod partikolari f’dan iż-żmien ta’ popolazzjoni ta’ anzjani li qed tikber malajr. Ir-rapport ikompli biex jindirizza l-mistoqsija ta’ kif wieħed għandu jikseb il-prosperità fil-futur għal din il-popolazzjoni li qed tixjieħ.
10 punti essenzjali li jeħtieġ ikunu jafu dawk li jħaddmu fuq id-diskriminazzjoni minħabba l-età u l-irtirar
Atteġġjament Pożittiv dwar l-EtÃ
2006
-
Ir-regolamenti dwar l-età daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2006. Id-dispożizzjonijiet dwar il-pensjoni tax-xjuħ ma jidħlux fis-seħħ qabel l-1 ta’ Diċembru 2006. Dan jagħti aktar żmien lill-iskemi biex jaġġustaw għar-regoli ġodda.
-
Ir-regolamenti jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fl-impjiegi u fit-taħriġ vokazzjonali. Dan jinkludi aċċess għal għajnuna u gwida, reklutaġġ, promozzjoni, żvilupp, terminazzjoni, vantaġġi u ħlas.
-
Ir-regolamenti jkopru nies ta’ kull età , kemm kbar u kemm żgħar.
-
Dawk li jħaddmu, dawk li jipprovdu t-taħriġ vokazzjonali, it-trejdunjons, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u trustees, u l-maniġers ta’ l-iskemi tal-pensjoni okkupazzjonali għandhom iqisu l-obbligi ġodda tagħhom.
-
L-oġġetti, il-faċilitajiet u s-servizzi m’humiex inklużi f’dawn ir-regolamenti.
-
Il-limiti ta’ tkeċċija inġusta minħabba età ogħla u ħaddiema li jiġu żejda se jitneħħew.
-
Iddaħħlet età nazzjonali ta’ irtirar obbligatorju ta’ 65 sena li għamlet l-irtirar ta’ bilfors taħt l-età ta’ 65 sena kontra l-liġi (sakemm mhux oġġettivament ġustifikat). Din se tiġi eżaminata mill-ġdid fl-2011.
-
L-impjegati kollha għandhom ‘id-dritt li jitolbu’ li jibqgħu jaħdmu wara l-età ta’ 65 jew kwalunkwe età oħra ta’ irtirar imposta mill-kumpanija, u kull min iħaddem għandu ‘d-dmir li jqis’ talbiet mill-impjegati biex jaħdmu wara li jagħlqu l-65 sena.
-
Il-pensjonijiet ta’ l-impjegati huma koperti mir-regolamenti, kif inhuma wkoll il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-pensjonijiet personali. Iżda r-regolamenti ġeneralment jippermettu skemi ta’ pensjonijiet li jibqgħu joperaw kif qed jagħmlu issa.
-
Ir-regolamenti ma jolqtux il-pensjonijiet ta’ l-istat.
Biex taqra iktar, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
It-tneħħija tal-preġudizzji kontra l-età – agħmilha affari tiegħek

Atteġġjament Pożittiv dwar l-EtÃ
2005
Dan id-dokument jgħin lil min iħaddem biex jidentifika u jifhem il-prattika anti-diskriminatorja għal raġunijiet ta’ età . L-oqsma kollha tal-maniġment huma koperti u dawk li jħaddmu jingħataw gwida li għandha tliet passi fuq kif għandhom jeqirdu l-prattika diskriminatorja kontra l-età fin-negozju tagħhom.
Fatti u ÄŠifri
Il-popolazzjoni globali qed tixjieħ: dawl fuq l-Ewropa
Alleanza għas-Saħħa u l-Futur
- Madwar id-dinja kollha, il-popolazzjoni li għandha 60 sena u aktar qed tikber aktar malajr minn kwalunkwe grupp ta’ età oħra. Il-popolazzjoni ta’ ’l fuq minn 60 sena, li llum tilħaq is-605 miljuni, ser tirdoppja sas-sena 2025 u ssir 1.2 biljun ruħ. Sa l-2050 ser tilħaq 2 biljuni – li timmarka l-ewwel darba fl-istorja meta n-numru ta’ nies ta’ 60 sena u iżjed ser jaqbeż in-numru ta’ tfal ta’ 14-il sena u inqas.
- It-tendenza lejn ix-xjuħija tolqot l-aktar lill-Ewropa li sas-sena 2025 ser ikollha tmienja mill-għaxar popolazzjonijiet “l-iktar xjuħ’ – jiġifieri perċentwali ta’ nies ’il fuq minn 60 sena – fost il-pajjiżi tad-dinja kollha b’mill-inqas 10 miljun ruħ.
- Huwa stmat li, sa l-2050, 35% tal-popolazzjoni Ewropea se tkun ’il fuq minn 60 sena, imqabbla ma’ l-20% ta’ llum.
Dawn huma r-riżultati ta’ stħarriġ li sar minn Execunet:
Skond l-istħarriġ fost 168 impjegat eżekuttiv ta’ età medja ta’ 50 sena, kważi tlieta minn kull erbgħa (74%) huma mħassbin li ser ikunu ddiskriminati fuq il-bażi ta’ l-età tagħhom u aktar min-nofs (58%) jemmnu li fl-imgħoddi l-età tagħhom skwalifikathom bħala kandidati għal opportunitajiet.
“Waqt li d-diskriminazzjoni minħabba l-età mhux dejjem tirċievi l-attenzjoni li jistħoqqilha, partikolarment waqt perjodi ta’ tkabbir ekonomiku, hija problema li kważi kull professjonista ser jiffaċċja inevitabbilment fil-karriera tiegħu,’ jgħid Dave Opton, CEO u Fundatur ta’ ExecuNet. “Evidenza bil-fomm tissuġġerixxi li impjegat eżekuttiv taħt l-erbgħin sena tipikament ikollu għadd ta’ intervisti li jiġi d-doppju ta’ impjegat eżekuttiv li għandu ’l fuq minn ħamsin.’’
Wieħed minn kull tlieta ta’ l-impjegati eżekuttivi mistħarrġa (33%) jemmen li l-età ta’ 50 sena jew inqas issir fattur sinifikanti f’deċiżjoni ta’ ingaġġ, 34% jgħidu li tibda bejn l-etajiet 51 u 55, u terz ieħor (33%) jirrappurtaw li ssir problema wara l-età ta’ 55.
Kważi nofs (47%) dawk mistħarrġa jgħidu li l-istereotipi li jissuġġerixxu li ħaddiema xjuħ m’humiex flessibbli u tonqoshom l-enerġija huma l-iktar responsabbli biex ipoġġu l-impjegati eżekuttivi f’riskju li jkunu diskriminati fuq bażi ta’ età . Sebgħa u tletin fil-mija jwaħħlu fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż korporattivi, 10% jsemmu l-bdil mgħaġġel fit-teknoloġija, u 6% jgħidu li l-primjums ogħla ta’ l-assigurazzjoni tas-saħħa huma r-raġuni ewlenija għaliex l-impjegati eżekuttivi ta’ età ogħla jiltaqgħu ma’ diskriminazzjoni minħabba l-età .
L-istħarriġ sab ukoll li waqt li kważi nofs l-impegati eżekuttivi (47%) jistennew li jirtiraw wara l-età ta’ 65, 24% huma mħassba li forsi jkunu mġegħlin jirtiraw kmieni minħabba l-età tagħhom.
(Eurostat)
![]() |



