Navigation Area:

Service Navigation:

Banner

TRUCK TOUR 2008

You are here:

>Daħla>Librerija ta’ Dokumenti>Mistoqsijiet Komuni


Content Area:

Librerija tad-Dokumenti FAQs (mistoqsijiet mistoqsija ta' spiss)


Għandi bżonn nipprovdi l-fajl attwali tad-dokument li rrid nirrikmanda?

Le. Jekk m'għandekx il-fajl inti tista' tirrikmandah billi tipprovdi s-sors (is-sit ta' l-internet URL).

X'jiġri meta nirrikmanda dokument?

Wara li tirrikmanda dokument niċċekjaw is-sottomissjoni tiegħek. Jekk jogħġbok ifhem li Iż-żmien biex nagħmlu dan jista' ivarja. Id-dokument irrikmandat ikun ippubblikat online jekk jikkonforma mal-kriterja spjegati għall-librerja tad-dokumenti.

X'jiġri jekk id-dokument li nixtieq nirrikmanda hu disponibbli f'iżjed minn lingwa waħda?

Jekk id-dokument li tixtieq tirrikmanda hu disponibbli f'iżjed minn lingwa waħda, jekk jogħġbok niżżel l-informazzjoni tad-dokument fil-formola u tella d-dokument f' lingwa waħda. Wara li tkun bgħatt ir-rikmandazzjoni tiegħek tiġi mistoqsi jekk tixtieqx ittella d-dokument f'xi lingwa oħra. Issa jkollok biss tniżżel it-titolu tad-dokument u deskrizzjoni qasira. Din il-proċedura tista' tiġi repetuta sa kemm tkun issottomettejt il-lingwi kollha.

Għandi bżonn inkun l-awtur tad-dokument jew għandi bżonn il-permess neċċessarju biex ikun ipubblikat?

It-tim inwaqqfu d-diskriminazzjoni dejjem jistaqsi l-awtur jew l-editur tad-dokument għall-permess biex jippubblikawh fuq is-sit ta' l-internet. Jekk int l-awtur tad-dokument tirċievi e mail tistaqsik permess biex id-dokument jiġi ippubblikat fuq is-sit ta' l-internet inwaqqfu d-diskriminazzjoni.

Għaliex tistaqsuni biex nagħti l-isem tiegħi u l-indirizz ta' l-e mail?

Jekk tafferma li int l-awtur tad-dokument nużaw l-indirizz ta' l-e mail ipprovdut biex nistaqsuk permess sabiex nippubblikaw id-dokument. Jekk m'intix l-awtur tad-dokument ikollna bżonn l-indirizz ta' l-e mail tiegħek għal xi mistoqsijiet oħra.

X'jigri jekk id-dokument li nixtieq nirrikmanda mhux fit-tipi ta' fajls li hemm bżonn (.doc, .pdf, .atw)?

Jekk id-dokument li tixtieq tirrikmanda mhux disponibbli fi kwalunkwe format li hemm bżonn (.doc, .pdf, .atw), jekk jogħġbok ibagħtilna l-fajl b' e mail u aħna ntellawh fil-format li hemm bżonn, jekk ikun possibli.

X'għandi nagħmel jekk id-dokument li nixtieq nirrikmanda hu disponibbli biss fuq karti (mhux fuq l-internet jew bħala fajl)?

Jekk ma tistax ittella d-dokument, jekk jogħġbok ipprovdi is-sors (magażin, jew titolu ta' gazzetta). Jekk qed tirrikmanda ktieb, jekk jogħġbok niżżel it-titolu tal-ktieb bħala sors.